Futbol lokali
Life after Football: Proġett tal-ewwel xorta tiegħu f’Malta mniedi mill-MFPA

L-Assoċjazzjoni tal-Players tal-Football l-MFPA iffirmat ftehim ta’ koperazzjoni mal-MCAST u mal-ITS żewġ entitajiet edukattivi f’pajjiżna bil-għan li players tal-football jibdew jattendu għal xi wieħed mill-korsijiet li joffru.

L-Iskop prinċipali hu sabiex il-players ikollhom edukazzjoni u kwalifiċi neċċessarji sabiex wara li jtemmu l-karriera jkunu jistgħu jsibu mpjieg adekwat.

F’Konferenza Stampa l-Presidnet tal-MFPA l-Avukat Anthony Galea rrimarka li hu fatt li wara li player jagħlaq il-35 sena hu jibda jaħseb biex jieqaf jilgħab u allura jibda jfittex alternattiva għall-għixien tiegħu.

Dr Galea qal li din hi ġurnata importanti oħra fl-istorja tal-MFA sa kemm ilha mwaqqfa l-assoċjazzjoni seba’ snin ilu. Dan il-proġett Life after Football li qed isir bil-kollaborazzjoni ta’ dawn iż-żewġ entitajiet edukattivi jsegwi tragwardi importanti oħra tal-MFA bħall-introduzzjoni tal-polza tal-assigurazzjoni kollettiva għall-membri u l-introduzzjoni tal-Masters degree grazzi għal FIFPRO.

Carlo Mamo Segretarju Ġenerali tal-MFPA spjega li fl-ewwel sena il-preferenza se tingħata lill-players applikanti li għandhom kuntratt full-time mal-Clubs lokali. Hu rrimarka li kemm l-MCAST kif ukoll l-ITS qed jikomettu ruħhom li jkunu flessibli mal-players li jittrenjaw filgħodu fejn il-lectures tagħhom jistgħu jkunu aġġustati għal ħinijiet konvenjenti għalihom.

Il-Memorandum of Understanding tal-MCAST mal-MFPA kien iffirmat mis-Sur Victor Satariano Viċi President tal-Bord tal-Gvernaturi tal-MCAST filwaqt li l-Memorandum of Understanding tal-ITS mal-MFPA kien iffirmat minn Carlo Micallef Chairman tal-Bord tal-Gvernaturi ta’ din l-istituzzjoni edukattiva.

Apparti support amministrattiv lill-players applikanti prospettivi l-MFPA se tkun qed tagħti wkoll €100 fix-xahar lil kull player student u €500 ta’ darba biex l-istudent ikopri l-ispejjeż relatati mal-istudju tiegħu apparti l-istipendju fix-xhar li toffri l-entita’ edukattiva.

Preżenti wkoll għal din l-ativita’ kien hemm il-Kap Eżekuttiv tal-ITS Pierre Fenech u d-Direttur tal-Partnerships Office Louis Aquilina.

Miktub minn...
Sandro Micallef
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programm Sports Panorama. President Għaqda Ġurnalisti Sports Malta.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Illum saret partita ta’ ħbiberija fis-Centenary Stadium f’Ta’ Qali bejn Masters Football Malta kompost minn plejers tat-tim nazzjonali Malti tas-Snin 80 u Glorie Viole, l-ex tim ta’ Fiorentina tal-istess żminijiet….

Futbol lokali

L-attakkant ta’ Marsa St Michael Ricardo Severino seraq ix-xena fis-serata dedikata għall-premjijiet u unuri tal-Malta Amateur Football Association jew aħjar il-MAFA Awards Night. Huwa rebaħ xejn inqas minn ħames unuri…

Futbol lokali

Luigi De Agostini, l-ex plejer ta’ Juventus u tat-tim nazzjonali Taljan dalgħodu mexxa training camp għal tfal ta’ taħt id-9 u l-11-il sena, organizzat min-nursery ta’ Pembroke Athleta u li…

Futbol lokali

Bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet f’Għeluq il-ħamsin Anniversarju tal-Viola Club Malta, għada fis-6.00pm fis-Centenary Stadium se ssir partita ta’ ħbiberija bejn il-Masters Football Malta u l-Glorie Viola li l-qliegħ tagħha se jmur…

Aktar