Futbol internazzjonali
Lille jirbħu Ligue 1 wara 10 snin

Angers  1-2  Lille

B’żewġ gowls fl-ewwel taqsima Lille aċċertaw mit-titlu f’Ligue 1 meta marru għand Angers u rebħu 2-1. David fl-10 minuta u Yilmaz eżatt qabel il-mistrieħ fetħu żewġ gowls vantaġġ.

Fulgini skorja l-gowl ta’ konsolazzjoni mal-ewwel minuta fuq il-ħin regolamentari.

Mas-suffara finali eluf ta’ partitarji Lille ħarġu jiċċelebraw fit-toroq u fil-pjazza prinċipali tal-belt. Lille kienu ilhom għaxar snin ma jirbħu kampjonat, u b’hekk sar it-tieni tim sa mill-2013 li rnexxilhom jiksru d-dominju ta’ Paris Saint-Germain.

Bir-rebħa li ħadu kontra Angers, Lille spiċċaw punt biss fuq PSG fil-klassifika li kienu rebħu sebgħa mill-aħħar tmien kampjonati.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA