Futbol internazzjonali
Lionel Messi, Cristiano Ronaldo u Virgil Van Dijk il-finalisti tal-Plejer tas-Sena tal-UEFA

Il-UEFA ħabbret it-tliet finalisti għall-Plejer tas-Sena 2018/19.

Dawn huma Lionel Messi, Cristiano Ronaldo u Virgil Van Dijk.

Il-ġurija li waslet għal dawn il-finalisti kienet komposta minn 80 kowċ ta’ klabbs li pparteċipaw fil-fażijiet tal-gruppi tal-UEFA Champions League u l-UEFA Europa LEague tal-istaġun li għadda.

Magħhom ingħaqdu 55 ġurnalist minn madwar l-Ewropa magħżula mill-European Sports Media.

Fil-kategorija tan-nisa, il-finalisti huma Lucy Bronze tal-Ingilterra, Ada Hegerberg tan-Norveġja u Amandine Henry ta’ Franza.

Ir-rebbieħa jitħabbru waqt l-avveniment tal-poloz tal-gruppi taż-żewġ kompetizzjonijiet li jittellgħu fid-29 ta’ Awwissu.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Il-plejer ta’ Sporting Lisbon, Bruno Fernandes, jista’ jagħti l-każ li xorta jħalli lit-tim Portugiż sa tmiem dan is-suq tat-trasferimenti. Wara d-diżappunt li la rnexxielu jingħaqad ma’ Manchester United u lanqas…

Futbol internazzjonali

Daniel Sturridge ngħaqad mat-tim Tork ta’ Trabzonspor b’kuntratt ta’ 3 snin. L-ex Liverpool ħabbar dan fuq il-paġna tiegħu ta’ Twitter l-Erbgħa waranofsinhar fejn ser ikun qiegħed jaqla’ paga ta’ madwar…

Futbol internazzjonali

Roma mistennija jiffirmaw lid-difensur laterali Davide Zappacosta fis-sigħat li ġejjin. Dan wara li l-istess klabb, permezz tal-paġna ta’ Twitter, tella’ ritratti fejn indika li Zappacosta jinsab f’Ruma. Il-plejer Taljan ingħaqad…

Futbol internazzjonali

Il-midfielder Franċiż Franck Ribery huwa mistenni jingħaqad ma’ Fiorentina fis-sigħat li ġejjin wara li d-diskussjonijiet bejn il-klabb u l-plejer jinsabu fi stadju avvanzat. Fil-preżent Ribery huwa plejer liberu wara li…

Aktar