Futbol internazzjonali
Lionel Messi għadu ma laħaqx ftehim ma’ Barcelona u għadu plejer liberu

Il-President ta’ Barcelona Joan Laporta qal li d-diskussjonijiet ma’ Lionel Messi mexjin ‘il quddiem. Bħalissa Messi jinsab liberu wara li l-kuntratt ma’ Barcelona skada fl-aħħar ta’ Ġunju li għadda.

Il-klabb Katalan offrielu kuntratt ġdid ta’ ħames snin b’salarju mnaqqas, u dan sabiex ikunu konformi mar-regolamenti tal-Financial Fair Play ta’ La Liga.

Il-President Laporta qal li m’għandux ikollhom problema sabiex jirreġistraw plejers ġodda, biss talab lit-tmexxija tal-Kampjonat Spanjol sabiex ikunu ftit aktar flessibbli fuq ir-regolamenti tal-Financial Fair Play.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA