Futbol internazzjonali
Lionel Messi jattendi fiċ-Cirque du Soleil għal spettaklu dwar ħajtu bl-isem ta’ “Messi 10”

Il-plejer ta’ Barcelona u tal-Arġentina Lionel Messi attenda fiċ-Cirque du Soleil għal spettaklu dwar ħajtu bl-isem ta’ “Messi 10”.

Dan l-ispettaklu kien dwar l-istorja ta’ ħajjet l-istilla Arġentina, minn meta kien tifel żgħir sal-lum li sar wieħed mill-aqwa plejers fid-dinja.

Id-Direttur taċ-Cirque Du Soleil, Mukhtar Omar Sharif, qal li kien qed iħossu ftit nervuż sakemm ikun ċert li dan il-proġett li kienu ilhom jaħdmu fuqu żmien twil, imur kollox sew.

Il-mira ta’ dan l-ispettaklu kien li jintwerew filmati u jitkellmu nies li jiftakru lil Messi tul ħajtu kollha.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Beppe Marotta kkonferma li Inter huma interessati li jakkwistaw lill-plejer ta’ Chelsea, Victor Moses. Skont Gianluca Di Marzio, Chelsea taw permess lil Inter ikellmu lil Moses li bħalissa jinsab misluf…

Futbol internazzjonali

Serie A Juventus 2   Parma 1 Juventus fetħu 4 punti vantaġġ fil-quċċata tal-klassifika meta fil-posticipo għelbu lil Parma 2-1 b’doppjetta ta’ Cristiano Ronaldo. Il-Portugiż fetaħ l-iskor żewġ minuti minn tmiem…

Futbol internazzjonali

Premier League Ingliż: Żewġ partiti llum bit-tieni waħda tkun dik l-aktar mistennija f’Anfield bejn Liverpool u Manchester United. Liverpool għelbu lil Manchester United fil-partita tal-ġurnata f’Anfield bi skor ta’ 2-0….

Futbol internazzjonali

Kampjonat Taljan, Serie A: Partiti li ntlagħbu llum wara nofsinhar. Rebħa drammatika għal Milan kontra Udinese bi skor ta’ 3-2. Il Friullani fil-vantaġġ b’gowl ta’ Larsen wara 6 minuti. Milan…

Aktar