Futbol internazzjonali
Lionel Messi jirbaħ is-sitt Ballun tad-Deheb fil-karriera

Lionel Messi rebaħ il-Ballun tad-Deheb għas-sitt darba fil-karriera tiegħu. L-għażla finali kienet bejn l-Arġentin, l-Olandiż Virgil van Dijk, il-Portugiż Cristiano Ronaldo u s-Senegaliż Sadio Mané. Għal Messi dan kien unur ieħor wara nuqqas ta’ erba’ snin għaliex kien fl-2015 li rebaħ il-ħames Ballun tad-Deheb. L-unuri l-oħra rebaħhom fl-2009, 2010, 2011 u 2012.

Fit-tieni post spiċċa l-plejer ta’ Liverpool, l-Olandiż Virgil van Dijk filwaqt li Cristiano Ronaldo spiċċa fit-tielet post.

L-Amerikana Megan Rapinoe temmet is-sena b’suċċess ieħor fil-karriera tagħha, fejn wara li rebħet it-Tazza tad-Dinja mal-Istati Uniti, issa rebħet ukoll il-Ballun tad-Deheb. Rapinoe li għandha 34 sena għelbet l-isfida tan-Norveġiża Ada Hegerberg li ma kenitx parti mit-Tazza tad-Dinja.

Il-goalkeeper ta’ Liverpool Alisson Becker rebaħ il-Yashin Trophy, unur li ngħata għall-ewwel darba għall-aqwa goalkeeper tas-sena. L-Olandiż u plejer ta’ Juventus Matthijs de Ligt rebaħ l-unur tal-aqwa plejer taħt il-21 sena.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra

Wolves 1   Manchester City 3 Rebħa għal Manchester City fil-Molineux Stadium meta marru għand Wolves u rebħulhom 3-1. Is-City fetħu żewġ gowls vantaġġ sa tmiem l-ewwel taqsima, b’De Bruyne jiskorja…

Futbol tan-Nisa: It-Tlieta t-tim Nazzjonali Malti tal-futbol jkun impenjat f’logħba fis-Centenary Stadium kontra d-Danimarka logħba valida minn Grupp B ta’ kwalifikazzjoni għall-UEFA Women’s EURO 2022. In-nukleu ta’ plejers imsejħa għal…

Fil-partita li ntlagħbet kmieni fin-12.30pm, Napoli jegħlbu barra minn darhom lil Parma bi skor ta’ 2-0. L-ewwel taqsima tintemm mingħajr gowls. Napoli jiftħu l-iskor minn Dries Mertens fit-63 minuta. Lorenzo…

Liverpool jirbħu fi Stambfoird Bridge kontra Chelsea bi skor ta’ 2-0. L-ewwel taqsima li ntemmet mingħajr gowls imma fil-50 minuta r-Reds fil-vantaġġ b’gowl ta’ Sadio Mane. L-istess plejer irdoppa għal…

Aktar