Futbol internazzjonali
Lionel Messi ma’ Inter? Fl-Arġentina jinsabu ċerti

Wara li Massimo Moratti, ex President ta’ Inter, fil-jiem li għaddew qal li Lionel Messi mal-Inter mhux ħolma pprojbita, il-media sportiva fl-Arġentina, illum ħarġet tirraporta li n-negozjati bejn il-partijiet kollha jinsabu għaddejjin u jinsabu kważi ċerti li l-plejer se jilgħab fl-Italja mill-istaġun li ġej.

Skont TNT Sport, il-President ta’ Inter Steven Zhang, qed jaħseb bis-serjetà dwar dan, hekk meqjus, “il-kolp tas-seklu” li jistgħu jagħmlu n-Nerazzurri li jkun ifisser li Messi u Cristiano Ronaldo lagħbu għal tal-inqas staġun wieħed flimkien fis-Serie A.

Fl-Arġentina, qed jingħad li n-negozjati biex Messi jingħaqad ma’ Inter mhux xi ħaġa impossibbli, anki minħabba l-età tal-plejer u l-fatt li ilu snin twal jilgħab fi Spanja mal-istess klabb u jixtieq bidla.

Skont l-istazzjon TNT, Messi għandu wkoll offerta minn Newell’s Old Boys fl-Arġentina iżda l-Inter qed jikkunsidraw bis-serjetà din il-possibbiltà.

Għal Inter se jkun qed jiddeppendi ħafna kif jispiċċaw f’dan l-istaġun u jekk hux se jkollhom garanziji finanzjarji b’saħħithom għal staġun ieħor.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Cristiano Ronaldo għandu rekord ieħor. Din id-darba mhux tal-futbol milgħub fil-pitch. Iżda tal-ewwel plejer tal-futbol li sar uffiċjalment biljunaru. Skont Forbes, bil-€105 miljuni li daħħal fis-sena l-oħra, CR7 għandu tiegħu…

Futbol internazzjonali

Il-ġganti tal-futbol Real Madrid u Atletico Madrid, ingħaqdu u ftehmu biex flimkien jgħinu familji tal-belt kapitali Spanjola li ntlaqtu mill-pandemija tal-COVID-19. Florentino Perez, President ta’ real Madrid, qal li għal…

Futbol internazzjonali

It-tabiba ta’ emerġenza li assistiet lill-plejer nazzjonali tal-Kamerun Patrick Ekeng qabel mewtu, ingħatat 18-il xahar ħabs sospiżi minħabba negliġenza. Fl-2016, il-plejer kien jilgħab fir-Rumanija ma’ Dinamo Bucharest u miet b’attakk…

Futbol internazzjonali

Żewġ plejers ta’ Benfica ttieħdu fl-isptar wara li ġiet attakkata l-bus tat-tim wara l-ewwel partita li lagħbu mingħajr partitarji. Il-Ġermaniż Julian Weigl u s-Serb Andrija Zivkovic, intlaqtu b’oġġetti u ttieħdu…

Aktar