Futbol internazzjonali
Lippi jirreżenja minn kowċ taċ-Ċina

Marcello Lippi irreżenja minn kowċ tat-tim nazzjonali Ċiniż dan wara li huma tilfu kontra s-Sirja bl-iskor ta’ 2-1 f’logħba mir-rawnd ta’ kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 2022. Iċ-Ċina bħalissa jinsabu fit-tieni post tal-grupp fuq seba’ punti flimkien mal-Filippini, bis-Sirja fl-ewwel post b’punti massimi, tnax.

Minn din iż-żona jikkwalifikaw biss ir-rebbieħa ta’ kull grupp flimkien mal-aqwa erba’ timijiet klassifikati fit-tieni post. Din hija t-tieni darba li Marcello Lippi rreżenja minn kowċ tat-tim nazzjonali Ċiniż li l-aħħar dehra fil-finali tat-Tazza tad-Dinja tmur għall-edizzjoni tal-2002.

Miktub minn...
Simon Farrugia
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-aħbarijiet sportivi , jirraporta u kummentatur tal-logħbiet mill-Kampjonat Premier, UEFA Champions League u UEFA Europa League
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Serie A: Lazio l-bieraħ filgħaxija tilfu l-opportunita’ li jżommu ‘l pass ma’ Juventus hekk kif fi Stadio Olimpico kienu mgħeluba bl-iskor ta’ 3-0 minn Milan. Ir-Rossoneri filvantaġġ mit-Tork Hakan Calhanoglu…

Futbol internazzjonali

Andrea Pirlo se jinħatar kowċ tat-tim ta’ taħt it-23 sena ta’ Juventus. ‘Il Maestro’, hekk kif inhu magħruf, ġab il-liċenzja ta’ kowċ minn Coverciano stess. Hu kien irtira fl-2017. Skont…

Futbol internazzjonali

Għal xhur sħaħ kien hemm diversi għidut u spekulazzjonijiet li Lionel Messi, il-captain ta’ Barcelona, irid jitlaq lit-tim. Matul il-pandemija tal-Covid-19 l-Arġentin kien wieħed mill-plejers li attakka l-amministrazzjoni tal-klabb fil-miftuħ,…

Futbol internazzjonali

Real Madrid 1   Getafe 0 Real Madrid resqu pass eqreb viċin it-titlu meta għelbu lil Getafe 1-0. Din ir-rebħa fissret 3 punti oħra għal-Los Blancos li issa fetħu 4 punti…

Aktar