Futbol internazzjonali
Liverpool FC: Coutinho jerġa’ indeċiż dwar il-futur tiegħu

Philippe Coutinho ammetta li hu inċert dwar il-futur tiegħu mal-klabb ta’ Liverpool.

Madankollu, il-Brażiljan qal li se jibqa’ jagħti kull ma jaf lill-klabb għal kemm idum miegħu fil-karriera.

Coutinho deher li kien se jitlaq lir-Reds fis-sajf li għadda wara interess qawwi li wrew fih Barcelona.

Madankollu, l-Ingliżi ma kienux ħallewh jitlaq minkejja tliet offerti kbar, inkluż offerta ta’ €120 miljun.

Coutinho kien captain fil-partita tal-bieraħ li Liverpool rebħu f’Anfield bi skor ta’ 7-0 u li fiha skorja hat-trick.

Il-wirja tal-bieraħ reġgħet fetħet spekulazzjoni sħiħa dwar jekk Barcelona jerġgħux jirritornaw b’offerta akbar.

 

Miktub minn...
Mark Attard
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirraporta l-football lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programmi UEFA Europa League Highlights u UEFA Champions League Highlights.
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Il-President ta’ Napoli Aurelio De Laurentiis ikkonferma li t-tim ta’ Napoli jinsabu f’diskussjonijiet mat-tim ta’ Genoa għall-akkwist tal-attakkant Pollakk Krzysztof Piatek. Dan il-plejer ta’ 23 sena diġa’ skorja disa’ gowls fis-Serie…

Futbol internazzjonali

Illejla tiġi fi tmiemha r-raba’ ġurnata tal-gruppi tal-UEFA Nations League b’disa’ logħbiet li erbgħa minnhom ser ikunu minn League D. Il-logħob kollu tal-lejla huwa dan: League A – Group 1…

Futbol internazzjonali

Forsi titqies prassi normali meta atleta jew plejer professjonali ta’ kwalunkwe sport ikun mitlub jagħmel test tad-doping. Biss, għal Usain Bolt, din id-deċiżjoni ħallietu bla kliem u ċċassat minħabba li…

Futbol internazzjonali

UEFA Nations League: sorpriża f’Sevilla fejn l-Ingilterra għelbu lil Spanja 3-2 f’partita minn Grupp 4 ta’ League A. Ingliżi tlieta minn fuq sa tmiem l-ewwel taqsima b’doppjetta ta’ Raheem Sterling…

Aktar