Sports Internazzjonali
Liverpool FC jirbħu l-unur tat-team tas-sena tal-AIPS

Unur ieħor prestiġjuż għat-team Ingliż ta’ Liverpool hekk kif l-Assoċjazzjoni Internazzjonali tal-Media Sportiva l-AIPS iddikjarat lit-team tal-football ta’ Liverpool bħala r-rebbieħ tal-unur tat-team tas-sena 2019 wara li rebħu l-Uefa Champions League tal-UEFA 2019/20.

Dan ir-riżultat wasal wara votazzjoni mifruxa fuq 102 pajjiżi madwar id-Dinja. Fit-tieni post wara Liverpool spiċċa t-team nazzjonali tal-Futbol tan-Nisa tal-Istati Uniti li rebaħ it-Tazza tad-Dinja tan-Nisa tal-FIFA u fit-tielet post it-team Nazzjonali tar-Rugby tal-Afrika t’Isfel rebbieħa tat-Tazza tad-Dinja tal-IRB.

Il-membri tal-AIPS ivvutaw lill-IAAF bħala l-organizaturi tal-kampjonati tad-Dinja tal-atletika li saru f’Doha bħala l-aħjar avveniment internazzjonali li kellu l-aqwa faċilitajiet għall-media.

Ir-riżultat uffiċjali tal-unur tat-team tas-sena 2019 tal-AIPS

Liverpool FC – Football – 908 (30,21%)

USA Women’s National Team – Football – 538 (17,90%)

South Africa Men’s National Team – Rugby – 434 (14,44%)

Brazil Men’s National Team – Volley – 267 (8,88%)

Győri Audi ETO KC – Handball – 174 (5,79%)

Denmark Men’s National Team – Handball -138 (4,59%)

Team Norway – Biathlon -117 (3,89%)

Italy Men’s National Team – Waterpolo – 114 (3,79%)

Spain Women’s National Team – Basketball – 98 (3,26%)

Japanese Judo Mixed Team – Judo – 73 (2,43%)

England Men’s Team – Cricket – 63 (2,10%)

German eight rowing – Rowing -39 (1,30%)

Ski Jumping Team Germany – Ski Jumping – 23 (0,77%)

Team Kajak Four Germany K4 500m – Kajak – 20 (0,67%)

Ir-riżultat uffiċjali tal-unur tal-aqwa faċilitajiet għall-media tas-sena 2019 tal-AIPS

IAAF World Athletics Championships Doha 2019 – Athletics – 574 (19,10%)

FIFA Women’s World Cup France 2019 – Football – 539 (17,93%)

Wimbledon Championships 2019 – Tennis – 461 (15,34%)

UEFA Nations League – Football – 316 (10,51%)

FIE Fencing World Championship Budapest 2019 – Fencing – 294 (9,78%)

Rugby World Cup 2019 – Rugby – 285 (9,48%)

IJF World Championship 2019 – Judo – 213 (7,09%)

Pan American Games Lima 2019 – Multi-sport -198 (6,59%)

African Games Rabat 2019 – Multi-sport -126 (4,19%)

Miktub minn...
TVM Sport
.