Liverpool fi-tieni post, Juventus jiksru rekord ieħor

Fil-Barclays Premier League Liverpool telgħu momentarjament fit-tieni post weħidhom fil-klassifika wara li għelbu f’Anfield lil Sunderland 2-1

Ir-reds li issa għadhom 68 punt fil-klassifika, marru fil-vantaġġ fid-39′ permezz ta’ goal tal-captain ta’ Steven Gerrard.

Fit-tieni taqsima Liverpool għamluhom 2-0 min goal sabiħ ta’ Daniel Sturridge tliet minuti mill-ftuħ tat-tieni parti tal-konfront.

Liverpool għarfu jikkontrollaw u minkejja li Sunderland naqqsu l-marġni tal-iskore 12 -il minuta mit-tmiem min Sung-Yueng Ki, ir-reds wasslu r-riżultat ta’ 2-1 sad-90 minuta u ħadu t-tliet punti minkejja t-tentattivi persistenti ta’ Sunderland fl-aħħar.

Issa Liverpool jinsabu punt taħt Chelsea dawn bl-istess logħab daqshom u żewġ punti iktar min Man City dawn iżda dawn bl’logħba inqas.

Fil-logħba l-oħra tal-Erbgħa filgħaxija West Ham United rebħu 2-1 lill Hull City. Hull kellhom lil Allan McGregor imkeċċi fl-ewwel taqsima.

Fis-26′ Mark Nobel trasforma penalty għal vantaġġ tal-Hammers, Nikica Jelavic ġab id-draw momentarju għal Hull fit48 minuta iżda kien auto goal ta’ James Chester li kellu jagħti rebħa lil West Ham biex issa dawn jinqatgħu minn mal-grup tal-aħħar parti tal-klassifika.

========

Mis-Serie A sensiela ta’ logħbiet u dawn kienu r-riżultati:

Atalanta 2 – 0 Livorno
Cagliari 1 – 0 Hellas Verona
Catania 2 – 4 SSC Napoli
ChievoVerona 3 – 0 Bologna
Fiorentina 0 – 2 AC Milan
Genoa 2 – 0 Lazio
Juventus 2 – 1 Parma
Sassuolo 1 – 2 Sampdoria

Bir-rebħa ta’ Juventus fil-Juventus Stadium, it-team ta’ Conte kiser rekord fl-Italja li kien ta’ Torino ta’ 15 -il rebħa home konsekkuttivi fl-istess staġun. Torino kienu għamlu r-rekord fl-istaġun 1975/76.

Miktub minn...
TVM Sport
.