Futbol internazzjonali
Liverpool jirbħu s-Super Cup wara l-għoti tal-penalties

Liverpool rebħu s-Super Cup Ewropeja dan wara li huma għelbu lil Chelsea 7-6 wara l-għoti tal-penalties. Sad-disgħin minuta l-iskor kien dak ta’ 1-1 biex meta l-logħba marret fil-ħin barrani ż-żewġ naħat sabu x-xibka għal riżultat finali ta’ 2-2 bil-penalties jiddeċiedu l-partita b’Liverpool jiskurjaw ħamsa kontra l-erbgħa ta’ Chelsea.

Din kienet l-ewwel darba li s-Super Cup Ewropeja ntlagħabet bejn żewġ timijiet Ingliżi imma t-tmien darba b’kollox li laqqet timijiet mill-istess pajjiż. F’ħames okkażjonijiet oħra ntlagħbet bejn timijiet Spanjoli u darbtejn bejn Taljani. Fl-aħħar ħames snin is-Super Cup marret Spanja bl-aħħar tim Ingliż li rebaħha kien propju Liverpool erbatax-il sena ilu.

Il-partita tal-lejla tniżżlet ukoll fl-istorja tal-football għaliex għall-ewwel darba kienet ikkontrollata minn referee mara, il-Franċiża Stephanie Frappart. Frappart irrefjat il-finali tat-Tazza tad-Dinja tan-Nisa x-xahar li għadda.

L-ewwel ċans wasal għand Liverpool meta fis-sittax il-minuta Salah ġie wiċċ imb’wiċċ mal-goalkeeper avversarju iżda kien Arrizabalaga li ċaħħad lil Egizzjan b’save stupend. Chelsea rrispondew fit-22 minuta b’xutt ta’ Pedro Rodriguez li laqat il-mimduda.

Chelsea fetħu l-iskor fis-36 minuta meta kien Christian Pulisic li pass fit-tul qata’ d-difiża avversarja bil-ballun jasal għand Oliver Giroud li b’xutt fil-baxx għeleb lil Adrian. Tlett minuti fit-tieni taqsima Liverpool kisbu l-gowl tad-draw meta wara li xutt ta’ Mane kien salvat mill-gowlkeeper ta’ Chelsea l-ballun wasal għand l-istess player li ma’ kellu ebda diffikulta li jitfa fix-xibka.

Fis-76 minuta Arrizabalaga wettaq save stupend bit-tentattiv ta’ Van Diyk jolqot il-lasta. Sad-disgħin minuta l-iskor baqa dak ta’ 1-1 biex il-logħba marret fil-ħin barrani.

Ħames minuti fl-ewwel taqsima tal-ħin barrani u Liverpool għall-ewwel darba fil-vantaġġ. Kien Sado Mane li bidel il-ballun ma’ Firmino u għeleb lill-gowlkeeper ta’ Chelsea. Iżda dan il-vantaġġ damu jgawduh sitt minuti biss peress li fil-ħdax il-minuta tal-ewwel taqsima Chelsea ngħataw penalty wara li Adrian waqqa lill-attakkant Abraham biex mill-ħdax il-metru Jorginho ma’ falliex.

Il-logħba marret għall-għoti tal-penalties fejn għal Liverpool skurjaw Firmino, Fabinho,Origi, Alexander-Arnold u Salah filwaqt li għal Chelsea skurjaw Jorginho, Barkley,Mason u Emerson b’Abraham ifalli l-aħħar penalty biex Liverpool rebħu s-Super Cup Ewropeja għal din is-sena.

Miktub minn...
Simon Farrugia
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-aħbarijiet sportivi , jirraporta u kummentatur tal-logħbiet mill-Kampjonat Premier, UEFA Champions League u UEFA Europa League
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Wolves 1  Manchester United 1 Mill-Kampjonat Premier Ingliż, Wolves ħadu t-tieni draw minn daqstant logħbiet meta f’darhom ġew 1-1 ma’ Manchester United. Kienu r-Red Devils li marru fil-vantaġġ mas-27 minuta…

Futbol internazzjonali

Brescia ippreżentaw uffiċjalment lill-attakkant internazzjonali Taljan Mario Balotelli li se jkun qed jirritorna jilgħab fl-Italja wara nuqqas ta’ tliet snin. Fl-intervent tiegħu, il-plejer ta’ 29 sena qal li jinsab kalm…

Futbol internazzjonali

FUTBOL INTERNAZZJONALI Bayern Munich għadhom kemm akkwistaw b’self mingħand Barcelona lill-attakkant Brażiljan Philippe Coutinho. Hekk kif ġie ppreżentat lill-mezzi tax-xandir Ġermaniżi, Coutinho deher ferm ħerqan sabiex jibda din l-avventura ġdida….

Futbol internazzjonali

Il-kowċ ta’ Real Madrid Zinedine Zidane qal li Gareth Bale ser jibqa mal-Madrileni dan wara li huwa pproduċa wirja tajba sabiex Real għelbu lil Celta Vigo bl-iskor ta’ 3-1. Wara…

Aktar