Futbol internazzjonali
Liverpool jitolbu apoloġija lil Real Madrid wara li partitarji fit-toroq attakkaw il-coach

Liverpool talbu apoloġija uffiċjali lil Real Madrid wara li l-coach li kienet qed twassal lil Los Blancos f’Anfield sfat attakkata minn xi partitarji tar-Reds.

Il-klabb ħareġ stqarrija fejn talab apoloġija lill-Madrileni, u kkonfermaw li ser jaħdmu id f’id mal-pulizija ta’ Merseyside sabiex ikunu stabbiliti l-fatti u jkunu identifikati dawk responsabbli.

Kien video fuq Twitter li żvela kif madwar 100 partitarju tar-Reds, kienu qed jistennew lill-coach tasal f’Anfield, u apparti li kien hemm minnhom iżommu l-flares u oħrajn bdew jibbujjaw lill-avversarji, kien hemm xi wħud li waddbu oġġetti fid-direzzjoni tal-coach.

 

Miktub minn...
TVM Sport