Futbol internazzjonali
Liverpool lura fl-ewwel post

 

Everton ….. 4

Man. Utd…..0

Everton ġabu fix-xejn l-isfida ta’ Manchester United u rebħulhom bl-iskor ta’ 4-0. Fit-tlettax il-minuta Richarlison fetaħ l-iskor għal Everton u irduppjaw fit-tmienja u għoxrin minuta permezz ta’ Sigurdsson. Fis-sitta u ħamsin minuta Digne għamilhom tlieta b’xejn biex imbaghad Theo Walcott issiġilla ir-rebħa bir-raba gowl. Manchester United kellhom millimetrikament ftit aktar pussess anke jekk Everton kellhom tminn xuttijiet immirati lejn il-lasta kontra l-wieħed solitarju tar-Red Devils.

 

Cardiff City….0

Liverpool…….2

Liverpool kisbu rebħa tajba u telgħu fl-ewwel post meta għelbu lil Cardiff City barra minn darhom tnejn b’xejn  b’Wijnaldum jiftaħ l-iskor  fis-sitta u ħamsin minuta  u disa’ minuti mit-tmiem James Milner jittrasforma penalti għal skor finali Cardiff – 0-2 Liverpool. Il-logħba kellha direzzjoni waħda tant li Liverpool kellhom aktar minn tmenin fil- mija tal-pussess tal-ballun.

 

Arsenal……………..2

Crystal Palace….3

Arsenal tilfu f’darhom bl-iskor ta’ 2-3 . Christian Benteke li fetaħ l-iskor fis-sbatax -il minuta ghal Crystal Palace, biex  Ozil ġab id-draw fis-sebgħa u erbgħin minuta . Zaha reġa poġġa fil-vantaġġ lil Crystal Palace fil-wieħed u sittin  u tminn minuti wara James MacArthur ghamilhom tlieta b’wieħed. Il-gowl ta’ konsolazzjoni għal Arsenal wasal fis-sebgħa u sebgħin minuta permezz ta’ Aubameyang.

Miktub minn...
TVM Sport
.