Tennis
Logħba Tennis b’Differenza

Is-seed numru wieħed Novak Djokovic mhux joqgħod lura milli jitħarreġ fl-isport favorit tiegħu, anke jekk b’xi ftit modifiċi minħabba li jrid jibqa’ ġewwa. L-imxija tal-coronavirus, minbarra l-ansjetà kbira li qed toħloq madwar id-dinja, wasslet lil diversi persuni li jesperimentaw u jippruvaw metodi ġodda ta’ dak li s-soltu jagħmlu f’ħajjithom.

Filwaqt li t-tennis jinsab sospiż sas-7 ta’ Ġunju li ġej, Djokovic ittrasforma s-salott tiegħu f’court żgħir tat-tennis. B’ballun li s-soltu jintuża fit-table tennis, u bit-taġen minflok b’rakketta, Djokovic wera li tajjeb barra l-court daqskemm ikun ġo fih. Fuq Twitter, Djokovic tella’ video ta’ logħba bejnu u sieħbu, fejn is-sufan u s-siġġijiet servew minflok ix-xibka, u t-twaġen intużaw minflok ir-rakketti li s-soltu jużaw it-tennisti. Bħalma ħafna drabi ġara fil-court, Djokovic ħareġ rebbieħ.

Ftit tal-ġranet ilu, it-tennist Serb ta donazzjoni ta’ €1 miljun sabiex jinxtraw ventilaturi u appart mediku ieħor fil-ġlieda kontra l-coronavirus fis-Serbja.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Tennis

Il-plejer numru 11 tat-tennis mondjali Fabio Fognini ġei operat fl-għakiesi. It-tennista Taljan għamel din l-operazzjoni f’dan iż-żmien ta’ waqfa biex ifejjaq problema li kellu u li ilha fuqu snin. Fi…

Tennis

Is-seed numru 12 Petra Kvitova rebħet it-tournament organizzat fir-Repubblika Ċeka. Ir-rebħa kienet mistennija minħabba li Kvitova kienet l-aħjar tennista li pparteċipat. It-tournament sar fi Praga b’żewġ kategoriji, waħda tan-nisa u…

Tennis

Petra Kvitova għaddiet għar-round li jmiss f’tournament tat-tennis li qiegħed isir fir-Repubblika Ċeka. It-tennisti li qed jieħdu sehem huma kollha Ċeki u dan qiegħed isir sabiex bil-mod il-mod l-isportivi jkunu…

Tennis

It-tennist Novak Djokovic irritorna lura f’pajjiżu wara li għal xahrejn spiċċa maqbud f’Marbella fi Spanja minħabba l-pandemija tal-Covid-19. Fir-ritorn tiegħu fis-Serbja Djokovic ħabbar li matul ix-xahrejn li għamel maqbud fi…

Aktar