International Sports
Logħob għall-Pajjiżi ż-Żgħar San Marino 2017: lejlet il-ftuħ uffiċjali

Lejlet il-ftuħ uffiċjali tas-17-il edizzjoni tal-Logħob għall-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Ewropa, edizzjoni li din is-sena jmiss issir f’San Marino, għall-atleti Maltin ġurnata ta’ ambjentament mal-kumplessi sportivi fejn se jkun qed isir il-Logħob matul il-ħamest ijiem tal-kompetizzjoni, u għal uħud minnhom anke ta’ sessjonijiet ħfief ta’ taħriġ.

Malta hija rappreżentata f’San Marino minn kontinġent ta’ sebgħa u tmenin atleta li se jieħdu sehem fi tnax-il dixxipina: sparar bil-qaws, atletika, basketball, raffa, ċikliżmu, judo, sparar, għawm, table tennis, tennis, volleyball, u beach volley.

Iċ-ċeremonja uffiċjali tal-ftuħ issir għada fid-9 ta’ filgħaxija fl-Istadium fil-muniċipalita’ ta’ Serravalle, li se jospita l-kompetizzjonijiet tal-atletika. It-Tlieta mbagħad l-ewwel jum tal-kompetizzjoni, bil-Maltin mill-ewwel impenjati f’diversi dixxiplini.

L-ikbar kontinġent Malti f’San Marino huwa fl-atletika: bi tmintax-il atleta b’kollox li se jieħdu sehem f’erbatax-il event differenti.

Chef de Mission tal-kontinġent huwa William Beck, preżenti wkoll fost uffiċjali u diretturi oħra, il-President tal-Kumitat Olimpiku Malti Julian Pace Bonello.

Malta rebħet tliet mija, sitta u ħamsin medalja fis-sittax-il edizzjoni s’issa tal-Logħob għall-Pajjiżi ż-Żgħar, li tnejn minnhom saru Malta: l-ogħla ammont kien tlieta u erbgħin medalja, propju f’Malta fl-2003.

Fl-aħħar edizzjoni sentejn ilu fl-Iżlanda, l-atleti Maltin ġew lura b’erba’ medalji tad-deheb, disa’ fidda, u tmintax bronż: għal total ta’ wieħed u tletin.

Disgħa huma l-pajjiżi li jieħdu sehem fil-Logħob għall-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Ewropa taħt l-awspiċi tal-Kumitat Olimpiku Internazzjonali: ma’ Malta rappreżentati wkoll Andorra, Ċipru, l-Iżlanda, Liechtenstein, il-Lussemburgu, Monaco, il-Montenegro, u San Marino.

Dis-sena qed jieħdu sehem rekord ta’ kważi disa’ mitt atleta bejn id-disa’ pajjiżi.

Miktub minn...
Peter Cossai
Kap ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirraporta l-football lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programm 90 Minuta.
Aħbarijiet Oħra
Local Sports

Il-viżjoni għall-futur tal-beachsoccer f’Malta ġiet ippreżentata lill-media fl-ewwel attività pubblika tal-president il-ġdid ta’ Malta Beach Soccer, Pio Vassallo. Vassallo fisser kif għas-snin li ġejjin, l-assoċjazzjoni trid taħdem fi strateġija id…

International Sports

Il-Grand Prix tal-Ħadd li ġej f’Silverstone se jkun Grand Prix speċjali għaliex se jkun qed ifakkar is-70 anniversarju tal-ewwel Grand Prix fl-istorja li kien sar propju f’Silverstone fit-13 ta’ Mejju…

International Sports

Il-cricket fl-Ingilterra sar l-ewwel sport li qed jerġa’ jara l-partitarji fih minn wara l-pandemija tal-COVID-19. 1,000 partitarji attendew għall-partita ta’ ħbiberija li ntlagħbet dalgħodu bejn Surrey u Middlesex. Il-partita qed…

Virtual Sports

Keith Camilleri ta ‘V-Rig KC Racing Esports fuq karozza numru 44, spiċċa fit-2 post fil-Kampjonat Taljan F3 Esport li sar l-Erbgħa 22 ta’ Lulju fiċ-ċirkwit ta’ Imola. Il-programm kien jikkonsisti…

Aktar