
Olimpijadi TOKYO 2020
Logħob Olimpiku: Il-Prim Ministru Ġappuniż inkwetat minħabba l-Coronavirus
Logħob Olimpiku: Il-Prim Ministru tal-Ġappun Shinzo Abe talab għall-għajnuna tal-pubbliku minħabba dik li sejħilha battalja iebsa biex il-coronavirus ma jinfirixx mal-pajjiż kollu u jtellef iċ-ċans li l-Olimpjadi jsiru f’Tokjo fis-sajf li ġej.
Abe kien taħt kritika kbira talli qatt ma ta reazzjoni dwar dan il-virus u proprju għamel dan għall-ewwel darba f’konferenza dalgħodu.
Abe qal li l-Ġappun qed ikompli jħejji għall-Olimpjadi tas-sajf li ġej u għaż-żjara li jrid jagħmel fil-pajjiż il-President Ċiniż Xi Jinping.
L-Olimpjadi 2020 huma l-ewwel fil-lista tal-prioritajiet tal-Prim Ministru Ġappuniż għal din is-sena.
S’issa fil-Ġappun kien hemm rappurtat 940 każ ta’ persuna bil-coronavirus.