International Sports
Logħob Olimpiku: It-tħejjijiet għaddejjin ġmielhom

Hekk kif fadal biss sitt xhur għall-bidu tal-logħob Olimpiku f’Tokyo, il-Prim Ministru Ġappuniż Shinzo Abe tkellem fil-parlament dwar dan l-avveniment tant mistenni mill-poplu tal-pajjiż u fakkar li l-aħħar darba li ġie organizzat dan l-avveniment kien proprju fis-sena 1964.
Abe sostna li bħalissa qed isir xogħol kbir fil-belt kapitali Ġappuniża sabiex ikun lest għal dan l-avveniment li jsir kull erba’ snin. Hu ħabbar li t-torċa Olimpika se tinġarr mill-belt ta’ Fukushima sal-istadium ta’ Tokyo fejn hemmhekk issir iċ-ċerimonja tal-ftuħ. Il-logħob Olimpiku jibda fl-24 ta’ Lulju u jintemm fid-9 t’Awwissu.

Miktub minn...
robert busuttil
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. JIkkumenta l-logħob tal-kampjonat Premier. Jippreżenta programm sportiv fuq radju tal-komunita'.
Aħbarijiet Oħra
International Sports

Il-President tal-Istati Uniti Donald Trump qal li jispera li jara lill-partitarji kollha tal-isport lura fl-areni u l-istadia sportivi kemm jista’ jkun malajr. Trump qal dan f’kumment li ta lill-Kummissarji tal-Isport…

International Sports

L-Eks Champion Olimpiku tal-100m sprint l-Amerikan Justin Gatlin qal li jemmen li sena oħra waqt l-Olimpijadi ta’ Tokyo li issa ġew posposti għas-sena d-dieħla jemmen li jista’ jirbaħ il-finali sprint…

International Sports

Dawk fl-Istati Uniti li xtraw il-biljetti biex jattendu għal xi avveniment tal-Olimpjadi li kellhom jibdew f’Lulju li ġej se jkollhom l-opportunità u l-opzjoni biex jużawhom is-sena d-dieħla jew jieħdu flushom…

Aktar