GC2018
Logħob tal-Commonwealth 2018: Brian Galea jġib it-tieni Midalja tal-Bronż lil Malta fil-kompetizzjoni tal-isparar tat-trap

Brian Galea rebaħ it-tieni Midalja tal-Bronż għal Malta fl-isparar, kategorija Trap hekk kif issa l-impenji sportivi tat-Team Malta, ġewwa il-Gold Coast, ġew fi tmiehom, b’kull ma fadal hu ċ-ċerimonja tal-għeluq li ser issir għada l-Ħadd fil-Carrara Stadium.

Bi prestazzjoni qawwija, Galea kkonferma l-potenzjal tiegħu meta spara 48 minn 50 plattina. It-tieni ġurnata ta’ kwalifika kienet iktar iebsa meta fl-aħħar tlett rawnds finali hu spiċċa b’skor totali ta’ 117 u fis-sitt post flimkien ma Kynan Chenai tal-Indja.

Kienu mumenti ta’ tensjoni ġewwa il-Belmont Shooting Range, meta permezz ta’ shoot off bejn Galea u Chenai kienet meħtieġa sabiex jiġi deċiz l-aħħar post fir-rawnd finali. Galea, b’koncentrazzjoni kbira rrnexxielu jegħleb lil Chenai b’skor ta 4-3.

Il-prestazzjoni ta’Galea, fir-rawnd finali kienet impressjonanti meta hu spara 36 il-plattina biex jieħu l-ewwel medalja tiegħu fil-Logħob tal-Commonwealth.

Brian Galea ser jkun qed iġorr il-bandiera Maltija, hekk kif il-continġent Malti jidħol fl-istadium.

Miktub minn...
Mark Attard
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirraporta l-football lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programmi UEFA Europa League Highlights u UEFA Champions League Highlights.
Aħbarijiet Oħra
GC2018

Wasal lura f’Malta il-kumplament tal-kontinġent li ħa sehem fil-logħob tal-commonwealth 2018. Diversi atleti ngħataw merħba mill-familjari tagħhom, bl-aktar li spikka kien it-tiratur tat-trap Brian Galea, rebbieħ tal-midalja tal-bronż. Galea li…

GC2018

L-Għaqda Ġurnalisti Sports bi pjacir u b’sodisfazzjon tilqa’ r-riżultat mill-isbaħ li kiseb it-tiratur Malti tat-Trap Brian Galea bir-rebħ tal-Midalja tal-Bronż fil-finali ta’ din id-dixxiplina fil-Logħob tal-Commonwealth 2018 fil-Gold Coast. Is-suċċess…

GC2018

L-atleti Maltin illum ħadu sehem fil-lotta u l-isquash hekk kif il-kompetizzjonijiet qegħdin jersqu dejjem aktar fil-qrib li jintemmu. Il-lottatur Gary Giordimaina kkompeta fl-ewwel rawnds tal-kompetizzjoni ta’ 57kgs. Giordimaina kellu polza…

Aktar