Sparar
Logħob tal-Commonwealth: Chetcuti fid-9 post u Xuereb fit-12 -il post minn fost 27 tiratur

Iż-Żewġ tiraturi Maltin li kkompetew fid-dixxiplina tad-Double trap William Chetcuti u Nathan Lee Xuereb ma kisbux ir-riżultat mixtieq minnhom u mill-Kumitat Olimpiku Malti hekk kif dawn ma rnexxielhomx jaslu mal-aħħar sitt tiraturi fil-finali.

William Chetcuti spiċċa fid-disa’ post filwaqt li Nathan Lee Xuereb temm fit-12 -il post. Chetcuti ma rnexxielux jidħol fil-finali għal żewġ plattini biss meta u kiseb riżultat total ta’ 130 plattina żewġ plattini inqas minn IQBAL Aamer tal-Pakistan li b’132 plattina daħal fil-finali. William Chetcuti laqat f’din l-ordini 26, 25, 25, 26, u 28 għal total ta’ 130 plattina.

Nathan Lee Xuereb min naħa tiegħu laqat ħames plattini inqas minn Chetcuti u allura seba’ plattini ‘l bgħod mis-sitt kwalifikat minn fost 27 tiratur. Xuereb irreġsitra punteġġ ta’  24, 29, 24, 26, u 22 għal total ta’ 125 plattina fejn kien evidenti li tilef iċ-ċans li jagħmilha għall-finali fl-aħħar sessjoni ta’ kwalifika.

Fil-klassifika Finali Chetcuti spiċċa fid-disa’ post filwaqt li Xuereb temm fit-12 -il post.

Xuereb kien rebaħ il-pre event uffiċjali fuq l-istess range ftit tax-xhur ilu.

 

Miktub minn...
Sandro Micallef
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programm Sports Panorama.
Aħbarijiet Oħra
Sparar

Wara kważi iktar minn tmintax -il sena il-Federazzjoni Maltija tal-Isports tal-Isparar se jkollha President ġdid hekk kif Salvu Portelli ddeċida li ma jikkontestax għal din il-kariga. Meta għalqu n-nomini għal…

Sparar

Sparar: George Mifsud rebaħ il-Franwin Trap Trophy li saret il-bieraħ fis-Southern Shooting Club Qormi. Il-kompetizzjoni kient fuq żewġ rounds ta’ 25 plattina qabel il-finali. John Marmara spiċċa fit-tieni post filwaqt…

Sparar

Sparar: Stephen Vella rebaħ il-Marfel Trap Trophy, organizzata mill-Federazzjoni maltija tal-Isparar. Il-kompetizzjoni kienet fuq 50 plattina bl-aħjar sitt tiraturi jgħaddu għall-finali. Fit-tieni post daħal Gianluca Chetcuti u fit-tielet post Chris…

Aktar