Sports Internazzjonali
Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar: Illejla ssir iċ-ċerimonja tal-ftuħ, għada jibdew il-kompetizzjonijiet

Illejla ssir iċ-ċerimonja tal-ftuħ tal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar li din is-sena se jsiru fil-Montenegro. Il-kontinġent Malti, ifformulat minn tmenin atleta, jinsab fil-Montenegro sabiex wara li llejla jipparteċipa fiċ-ċerimonja tal-ftuħ, għada jibda jikkompeti fejn nittamaw li din tkun edizzjoni suċċess għal pajjiżna.

B’kollox hemm 10 dixxiplini differenti fejn l-atleti ser ikunu jistgħu jikkompetu li huma: l-Atletika, il-Basketball, il-Boules, il-Judo, l-Isparar, l-Għawm, it-Tennis, it-Table Tennis, il-Volleyball u l-Beach Volleyball.

Din l-edizzjoni ser tibda mil-lejla u tibqa’ sejra sas-Sibt li ġej, l-1 ta’ Ġunju, fejn issir iċ-ċerimonja tal-għeluq. Il-portal tvm.com.mt/sport se jkun qiegħed iżommkom aġġornati bl-aħħar żviluppi mill-Montenegro.

Awguri lill-atleti u l-kontinġent Malti kollu.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Sports Internazzjonali

Spanja huma r-rebbieħa tal-kompetizzjoni EURO Futsal Under 19 meta fil-belt kapitali tal-Latvja Riga huma għelbu lil Kroazja bl-iskor konvinċenti ta’ 6-1. Kien hemm atmosfera ferm sabiħa fil-Padiljun Sportiv ta’ Riga…

Sports Internazzjonali

L-Italja kellhom bidu tal-ħolm fil-kampjonat Ewropew tal-volleyball tal-irġiel meta ftit sabu diffikulta’ sabiex għelbu lill-Portugall bl-iskor ta’ 3-0. It-tim immexxi minn Gianlorenzo Blengini rebaħ din il-logħba bi tliet sets konsekuttivi…

Sports Internazzjonali

Il-president ta’ Real Madrid Florentino Perez jixtieq idaħħal lit-tim tal-baskitbol fil-kampjonat NBA Amerikan. Hu fatt magħruf li Perez mhux biss għandu lit-tim tal-futbol rinomat Spanjol iżda wkoll klabb tal-baskitbol bl-istess…

Sports Internazzjonali

L-Istati Uniti sfaw eliminati mit-Tazza tad-Dinja tal-Basketball dan wara li sofrew telfa sorpriża kontra Franza fil-kwarti tal-finali tal-kompetizzjoni li qed issir fiċ-Ċina. Franza rebħet bil-punteġġ ta’ 89 għal 79 b’Evan…

Aktar