Futbol internazzjonali
Logħob tal-Premier League Ingliż ser jintwera b’xejn

Il-Ministru tal-Kultura Ingliż Oliver Dowden ħabbar li ċertu logħbiet tal-Kampjonat Premier ser jintwerew b’xejn la l-istaġun jirritorna x-xahar id-dieħel. Dowden qal li d-drittijiet televiżivi jridu jiġu mħarsa, imma issa jrid ikun hemm ċertu flessibbilità u allura l-logħob kollu jista’ jintwera mingħajr problemi ta’ xejn.

Il-kumpanija Sky għandha l-maġġoranza tad-drittijiet televiżivi biex turi l-logħob tal-Kampjonat Premier Ingliż, bil-kumpanija Amazon ukoll għandha numru ta’ drittijiet. Il-ħsieb hu li l-Kampjonat Premier Ingliż jirritorna f’nofs Ġunju li ġej, bit-tama li sa Lulju jkun intemm u t-timijiet ikunu jistgħu jibdew jippreparaw għal staġun ġdid.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA