Atletika
Lopez de Haro u Abdilla jtemmu b’suċċess l-Eurosport BSJ 5k Road Running Series

It-tielet u l-aħħar tellieqa tal-Eurosport BSJ 5k Road Running Series saret nhar it-Tlieta fl-Imtarfa. Is-serje ġiet organizzata mill-Birkirkara St. Joseph Sports Club u saret taħt l-awspiċji tal-Malta Amateur Athletics Association.

Minkejja li dawn it-tlielaq huma kkaratteriżżati minn kundizzjonijiet  ta’ sħana s-serje li tikkonsisti fl-tlett tlielaq, xorta żammet il-popolarità tagħha.   L-aħħar tellieqa tas-Serje rat lir-rebbieħa tal-klassifika ġenerali jigu ppremjati. Ir-ranking finali kien ibbażat fuq ir-riżultati miksuba fit-tlett tlielaq. 

Fil-Kategorija tal-Irġiel, għal darb’oħra Pedro Lopez de Haro wera’ l-kapaċita’ tiegħu. Lopez de Haro kellu sfida tajba minn Simon Spiteri, li konsistentament kien warajħ matul is-Serje kollha. Fl-aħħar tellieqa, fit-tielet post kien Shaun Galea. Intant fil-klassifika ġenerali, kien Mark Herrera li kiseb it-tielet post. 

Fil-Kategorija tan-Nisa, Tara Abdilla issiġillat rebħa oħra. Abdilla għelbet il-kompetizzjoni minn Joelle Cortis, li għamlet ritorn fix-xena, kif ukoll minn Margaret Seguna. Sadanittant, il-podju tas-Serje,  ġie meħud minn Abdilla, Seguna u Celine Pace.

Il-Midalji u trofej ġew ippreżentati lir-rebbieħa tat-tellieqa mill-President tal-Birkirkara  St. Joseph Sports Club Raymond Grech, waqt li dawk għar-rebbieħa tas-Serje ġew ippreżentati bit-trofej minn Edwin Attard, President tal-Malta Amateur Athletics Association.

L-avveniment li jmiss tal-atletika tal-Klabb ser ikun l-Eurosport Malta International Challenge Marathon li se jsir bejn it-22 u l-24 ta’ Novembru.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Atletika

Atletika: Iċ-Champion Olimpika tal-100m hurdles l-Awstraljana Sally Pearson ħabbret li irtirat uffiċjalment. Din l-aħbar ħasdet lil kulħadd 15 -il xahar qabel il-bidu tal-Olimpijadi ta’ Tokyo 2020. L-Atleta minn Queensland kienet…

Aktar