Futbol internazzjonali
Luis Suarez jilħaq ftehim ma’ Atletico Madrid

L-attakkant ta’ Barcelona Luis Suarez laħaq ftehim mal-klabb tiegħu biex itemm il-kuntratt tiegħu u jibda wieħed ġdid ma’ Atletico Madrid.

Din l-aħbar ħarġu biha l-media Spanjola.

Suarez u t-tielet l-aħjar skorer ta’ kull żmien ta’ Barcelona u ftit tal-jiem ilu, il-kowċ il-ġdid ta’ Barcelona Ronald Koeman, qal lill-plejer biex ifittex klabb ieħor.

Suarez ta’ 33 sena, kien għad jonqsu sena kuntratt ma’ Barcelona.

Suarez skurja 198 gowl f’283 partita ma’ Barcelona.

Miktub minn...
TVM Sport