Luke Montebello jingħaqad ma’ Żebbuġ R sal-aħħar tal-istaġun

Żebbuġ Rangers akkwistaw lill-attakkant żagħżugħ Luke Montebello mingħand Valletta għal-kumplament tal-istaġun.

Montebello kien qed isibha diffiċli biex jilgħab regolari maċ-ċampjins u permzz ta’ dan it-trasferiment sal-aħħar tal-istaġun jittama li jilgħab aktar b’mod regolari.

Huwa mistenni jiddebutta nhar is-Sibt li ġej meta Żebbuġ Rangers jiltaqgħu kontra l-ġirien Qormi.

Żebbuġ ġejjin min serje ta’ riżultati pożittivi fosthom ir-rebħa tal-bieraħ 2-1 fuq Pieta Hotspurs.

Luke Montebello regolari fit-Tim Nazzjonali Malti ta’ taħt il-21 sena, lagħab ukoll ma’ Birkirkara fil-kategoriji ż-żgħar, u anke kellu esperjenza fl-Italja ma’ Livorno.

 

Miktub minn...
Rodney Vassallo
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Isaac Ntow, id-difesnur laterali ta’ Hibernians FC, ġie sospiż erba’ partiti. Din l-informazzjoni ingħatat mill-Malta Football Association li bagħtet l-informazzjoni kollha tal-plejers u l-uffiċjali li ġew sospiżi fil-partiti ta’ tmiem…

Futbol lokali

Kevin Tulimieri, il-midfielder ta’ Hamrun Spartans FC, iffirma kuntratt ġdid li se jorbtu mal-klabb sal-istaġun 2019/20. Dan ifisser li l-plejer Taljan minn Napli se jkun qed jilbes il-flokk tal-Ispartans għal…

Futbol lokali

Marsa FC jinsabu għaddejjin minn turbolenzi kbar fil-klabb tagħhom minħabba l-fatt li fl-aħħar sigħat, disgħa minn 11-il membru li kienu jiffurmaw parti mill-Kumitat tagħhom, irriżenjaw minħabba diżgwied mal-President Twanny Mercieca….

Aktar