Futbol lokali
Luke Montebello jirbaħ l-unur tal-BOV Plejer tax-Xahar għal Ottubru 2021

Luke Montebello ta’ Birkirkara huwa l-BOV Plejer tax-Xahar għal Ottubru 2021. L-attakkant internazzjonali ta’ 26 sena skorja tliet gowls matul ix-xahar ta’ Ottubru biex għin lit-tim tiegħu jżomm il-pressjoni fuq il-leaders Hibernians.

Dr Matthew Paris, Viċi President tal-Malta Football Association ippreżenta t-trofew tal-BOV Plejer tax-Xahar għal Ottubru lil Montebello li għażel lil Puttinu Cares biex jibbenefikaw mid-donazzjoni assoċjata ma’ dan il-premju.

 

 

Miktub minn...
TVM Sport
.