Lura fiż-żmien: Il-Malta Classic programm mill-isbaħ għad-dilettanti tal-karozzi

Il-Fondazzjoni Valletta Grand Prix ħabbret uffiċjalment il-programm tal-avveniment Malta Classic ta’ din is-sena bi programm ta’ attivitajiet li żgur se jinżel għasel mad-dilettanti tal-isport awtomobilistiku. Il-Malta Classic din is-sena se jsir bejn is-6 u 9 ta’ Ottubru.

Is-sitt edizzjoni tal-Malta Classic ta’ din is-sena se jinkludi erbat ijiem ta’ attivitajiet minn kompetizzjoni bejn il-parteċipanti sa wirjiet statiċi ta’ vetturi klassiċi.

L-Organiżaturi spjegaw li se jkun hemm mas-60 sid ta’ vettura klassika li jvarjaw  minn parteċipanti minn Malta, l-Italja, Svizzera, u mir-Renju Unit fost l-oħrajn li se jikkompetu għall-premju prestiġjuż li hu l-arloġġ il-Mille Miglia Chronograph ta’ Chopard. Din is-sena, il-programm se jinkludi numru vast ta’ karozzi bħal  Alfa 1900c Sprint ta’ Touring tal-1953, u l-Jaguar XK150 tal-1954 fost l-oħrajn.

Ġimgħa qabel il-ftuħ uffiċjali tal-Malta Classic Weekend, jiġifieri is-Sibt5 l-1 ta’ Ottubru se tkun organizzata sessjoni ta’ Scrutineering ġo Pjazza Tigne f’Tas-Sliema fejn dan se jkun miftuħ bla ebda ħlas għall-pubbliku.

Is-Sibt 6 t’Ottubru, tinfetaħ uffiċjalment il-Malta Classic bil-Malta Classic Hill Climb. Dan il-programm eċitanti se jara l-karozzi jtelqu fl-għolja ta’ Pennellu fil-Mellieħa.

L-Għada l-Ħadd 7 t’Ottubru, jkun organiżżat il-Malta Classic Concours d’Elegance fejn il-pubbliku se jkunu jista’ jara l-karozzi klassiċi mill-viċin. Hawn il-karozzi se jkunu evalwati għall-Eleganza, l-Kundizzjoni Oriġinali u ż-żamma tagħhom fost l-oħrajn

Il-Ħadd 8 t’Ottubru, isiru t-tlielaq fiċ-ċirkwiet diffiċli madwar is-swar tal-Imdina u tul-it-triq tal-Imtarfa.

Il-karozzi se jkun qed jitilqu fi grupi ta’ 8 u 9 skond il-kwalifikazzjoni li jkunu kisbu ġurnata qabel.

L-Organiżaturi ħasbu sabiex l-avvenimenti kollha tal-Malta Classic ikunu kumplimentati d’diversi attivitajiet oħra kemm għat-tfal u għal familja kollha.

Preżenti għat-tnedija tal-edizzjoni ta’ din is-sena kien hemm is-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Isport Chris Agius u l-Ministru għat-Turiżmu Edward Zammit Lewis. Is-Sur Agius emfażizza kemm hu importanti li l-Gvern jibqa’ jagħti importanza u għajnuna lill-attivitajiet bħal dawn li jżiedu d-dħul finanzjarju għall-pajjiżina permezz tan-niċċa popolari tat-turiżmu sportiv.

Il-Ministru Zammit Lewis min naħa tiegħu tenna li Malta qed tattira iktar attivitajiet bħal dawn grazzi wkoll għal-loġistika favorevoli li joffri pajjżna li issa ħa l-fama mhux biss bħala pajjiż għas-sbuħija tiegħu bix-xemx u l-baħar iżda issa ħa fama li kapaċi jospita attiviatjiet kbar sportivi bħal ma’ hu l-każ tal-Malta Classic.

Miktub minn...
TVM Sport
.