Ċikliżmu
Luttu fiċ-Ċikliżmu Malti

Dan l-aħħar tħabbru l-imwiet tal-aħwa Nenu u Sebastian Borg, ex-membri tal-klubb ta’ Qormi CC li ftit ilu ħallew din id-dinja fi spazju ta’ ftit jiem fl-għomor ta’ 81 u 71 sena rispettivament.

Antonio Borg magħruf bħala Nenu, flimkien ma’ Joseph Abela u Paul Attard kienu l-ko-fundaturi tal-klubb ta’ Qormi CC meta fid-9 ta’ April 1961, mħeġġa minn għadd żgħir ta’ dilettanti taċ-Ċikliżmu waqqfu dan il-klabb li tant kien attiv fl-ewwel snin tal-ħolqien tal-Assoċjazzjoni taċ-Ċikliżmu. Minkejja d-diffikultajiet kbar u bosta spejjeż huma xorta waqqfu l-klubb u dan seħħ wara li huma isselfu kamra żgħira f’ħanut tar-roti mmexxi mill-familja ta’ Nenu Borg. B’hekk iċ-ċikliżmu f’Ħal Qormi kiber ħafna u dan grazzi wkoll għas-suċċessi li bdew jiksbu ċ-ċiklisti tagħhom fit-tiġrijiet ewlenin lokalment.

Sebastian Borg, minn naħa tiegħu kien wieħed miċ-ċiklisti ewlenin tal-bidu fejn anke rrapreżenta lil Malta f’diversi okkażjonijiet fosthom fil-logħob pre-olimpiku li kien sar f’ Munich, il-Ġermanja.

Il-Federazzjoni Maltija taċ-Ċikliżmu tibghat l-kondoljanzi sinċiera tagħha lil familjari, qraba u ħbieb, kif ukoll lil Qormi Cycling Club għal dawn it-telfiet.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Ċikliżmu

L-Organizaturi tal-Giro D’Italia ta’ din is-sena uffiċjaliżżaw il-programm tat-tappi tal-edizzjoni 2020. Oriġinalment l-edizzjoni tal-Giro D’Italia ta’ din is-sena kellha tibda fl-Ungerija iżda minħabba ċ-ċirkostanzi preżenti ta’ ċertu restrizzjonijiet fl-Ewropa ġie…

Ċikliżmu

L-organzizaturi tat-Tour de France ddeċidew li t-tellieqa tas-sena d-dieħla jmexxuha ‘l quddiem b’ġimgħa sabiex ma taħbatx mal-Olimpjadi ta’ Tokjo. Fl-2021 it-Tour mistenni jibda fis-26 ta’ Ġunju u jibqa’ sejjer sat-18…

Ċikliżmu

Ċikliżmu: Ilbieraħ sar il-Kampjonat Nazzjonali tat-time trail organizzat mill-Federazzjoni Maltija taċ-Ċikliżmu fejn kien hemm suċċess għat-Team tal-Greens li rebaħ iż-żewġ kategoriji prinċipali. Etienne Bonello żamm it-titlu ta’ Champion b’Michelle Vella…

Ċikliżmu

Team Ineos ħabru li se jkunu qed jibdlu isimhom għall-edizzjoni li jmiss tat-Tour de France. L-ikbar Team fiċ-ċikliżmu professjonali ħabbar li l-isem il-ġdid tagħhom se jkun Ineos Grenadiers. L-isem ittieħed…

Aktar