Ċikliżmu
Luttu fiċ-ċikliżmu wara l-mewt traġika taċ-ċiklista Belġjan Bjorg Lambrech

Ċikliżmu: Luttu f’dan l-isport hekk wara l-inċident li wassal sabiex iċ-ċiklista Belġjan Bjorg Lambrecht tilef ħajtu traġikament.
Bjorg Lambrecht kien involut f’inċident il-bieraħ meta waqa’ f’gandott wiesa’ u ħabat rasu fejn sofra ġrieħi gravi. L-inċident seħħ waqt it-tielet tappa tat-Tour tal-Polonja.
Lambrecht kellu 22 sena u kien ċiklist tat-team Lotto-Soudal. It-tappa li se tibqa’ mmarkata b’din id-diżgrazzja kienet bejn il-belt ta’ Korzow u Zabarze.
Qabel it-tappa tal-lum iċ-ċiklisti kollha osservaw mumenti ta’ silenzju u qablu mad-direttur tat-Tour li t-tappa tal-lum ma kelliex tkun kompettitiva.

 

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Ċikliżmu

Dan l-aħħar it-Tim Nazzjonali tal-Irġiel taċ-Ċikliżmu pparteċipa fit-12-il ċiklu ta’ ċikliżmu bejn ajruporti organizzat mill-Università tat-Tuneżija bi sħab mal-avjazzjoni ċivili u l-ajruporti Tuneżini. It-tiġrijiet kollha flimkien kienu fuq distanza totali…

Ċikliżmu

John Zammit li ilu għal iktar minn 50 sena fix-xena taċ-Ċikliżmu lokali se jibqa’ fit-tmexxija tal-Federazzjoni Maltija taċ-Ċikliżmu għal sentejn oħra wara li waqt il-Laqgħa Annwali Ġenerali li nżammet dan l-aħħar…

Ċikliżmu

Jingħata l-aħħar tislima ċ-ċiklist Raymond Poulidor fil-funeral li sar f’Limoges, fiċ-ċentru ta’ Franza, il-belt fejn twieled u trabba. Poulidour jibqa’ msemmi bħala l-aktar ċiklist li dejjem kien viċin li jirbaħ…

Aktar