Futbol lokali
ARA: Luxol Futsal ippreżentati bit-trofew ta’ Champions tal-Futsal Elite League

Is-Sibt wara nofsinhar saret il-preżentazzjoni tat-trofew ta’ Champions tal-Futsal Elite League lil Luxol Futsal li rebħu dan il-kampjonat tal-istaġun 2019/20.

Luxol dan l-istaġun rebħu double partikolari hekk kif apparti li rebħu l-kampjonat prinċipali tal-Futsal lokali, Luxol rebħu wkoll l-Amateur Futsal League jiġifieri l-kampjonat tad-diviżjoni inferjuri.

Il-Preżentazzjoni lill-captains taż-żewġ teams jiġifieri lil Mark Zammit u lil Kevin Vella saret mill-Viċi Presidenti tl-MFA Ludovico Micallef u Matthew Paris, fil-preżenza tas-Segretarju Ġenerali Angelo Chetcuti. Preżenti l-membri tal-kumitat ta’ Luxol fosthom Mario Vella u Joe Aquilina.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Tmintax -il organizazzjoni mhux governattiva irċevew donazzjonijiet mill-Malta Football Association bħala parti mill-proġett ta’ Social responsibility : Football For Life programme. Dawk li rċevew id-donazzjonijiet kienu : Puttinu Cares, Dar…

Futbol lokali

Valletta kontra Birkirkara hija l-iktar logħba attraenti tal-ewwel ġurnata tal-kampjonat BOV Premier tal-istaġun 2020/21 li se jibda fil-11 ta’ Settembru. Fl-ewwel ġurnata ċ-Champions renjanti Floriana jaffrontaw lil Gżira United. Dan…

Aktar