Futsal
Luxol St. Andrew’s jikkwalifikaw għall-Main Round taċ-Champions League

Luxol St. Andrew’s għelbu lin-Norveġiżi ta’ Sjarmtrollan bl-iskor ta’ 8-3, riżultat li fisser li ċ-Champions Maltin għaddew għall-Main Round tal-Uefa Futsal Champions League. Din il-fażi tintlagħab fi Praga, r-Repubblika Ċeka fit-tieni ġimgħa t’Ottubru.

L-ewwel taqsima għalqet 5-2 favur Luxol li minkejja t-tlett rebħiet li kisbu, apparti l-ewwel waħda kontra FC Fiorentino, fil-logħbiet l-oħra kellhom jitħabtu biex jiksbu dan is-suċċess. Din kienet it-tielet darba konsekuttiva li ċ-Champions Maltin tal-Futsal għaddew għall-Main Round wara li sentejn ilu kienu Luxol stess u s-sena l-oħra Valletta li laħqu dan it-tragward.

Luxol rebħu l-grupp b’9 punti, quddiem Dinamo Chisinau u Sjarmtrollan li kisbu 4 punti kull wieħed b’FC Fiorentino fl-aħħar post mingħajr ebda punt.

Miktub minn...
Simon Farrugia
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-aħbarijiet sportivi , jirraporta u kummentatur tal-logħbiet mill-Kampjonat Premier, UEFA Champions League u UEFA Europa League