Futbol lokali
Luxol St Andrews jippreżentaw il-coach Brian Said u l-isponsor il-ġdid tagħhom

Luxol St Andrews ħabbru l-kowċ u l-iskwadra l-ġdida tagħhom għall-istaġun 2019-2020. It-tim se jkun taħt it-tmexxija ta’ Brian Said li qed jirritorna mal-klabb wara li kien strumentali bħala plejer kowċ meta l-klabb kien ġie promoss għad-Diviżjoni Premier fl-istaġun 2014/2015. 

Luxol St Andrews ħabbru dan kollu waqt konferenza tal-aħbarijiet li saret fil-bini tal-klabb stess fejn ħabbru ukoll li FIAT se jkunu l-isponsors il-ġodda tal-istaġun 2019/20.

Waqt il-konferenza tal-aħbarijiet, Brian Said spjega kif dan l-istaġun se jkun wieħed ta’ tranżizzjoni għall-klabb.

“Kellna pre-season pożittiv ħafna u saret ħafna ħidma biex nerġgħu nibnu tim kompetittiv ġdid li kapaċi jisfida. It-tim ta’ din is-sena fil-fatt huwa mibni b’taħlita ta’ plejers ta’ esperjenza kif ukoll talent ġdid u promettenti minn nursery tal-klabb u minn klabbs oħra. Dawn huma kumplimentati b’għadd ta’ plejers barranin li kienu parti mit-tim tas-sena l-oħra flimkien ma’ Marko Potezica li akkwistajna dan l-aħħar biex inkomplu nsaħħu l-iskwadra.”

Fost il-plejers ġodda li ngħaqdu mal-klann hemm Ian Azzopardi, ex plejer tat-tim nazzjonali, Matthew Bartolo li għal ħafna snin lagħab fil-Premier, il-goalkeeper Nicholas Grima minn Melita, Nick Bradshaw plejer ta’ St. Andrews li reġa rritorna mal-klabb, Luke Borg, Gary Muscat u Clive Psaila b’self minn Sliema, Daniel Curmi plejer żgħir u promettenti mill-Istati Uniti, Dean Xuereb minn Sliema u William Camilleri plejer ieħor ta’ St. Andrews li reġa ġie lura mal-klabb.

“Hemm ħafna entużjażmu fil-klabb u ħerqana biex nibdew inġibu r-riżultati tajbin bl-għajnuna ta’ l-esperjenza tal-plejers kbar li għandha tgħin lill-plejers iż-żgħar,” żied qal il-kowċ Brian Said.

Jonathan Cremona f’isem Motors Inc, importaturi u distributuri ta’ FIAT f’Malta qal li l-isponsorship lil Luxol St Andrews hija parti mill-istrateġija ta’ Motors Inc li tgħin lit-talent lokali.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Emmanuel Bartolo, gowlkiper ta’ Hamrun Spartans u Destin Mambouana, plejer ta’ Tarxien Rainbows, ġew sospiżi partita mill-Kummissarju tad-Dixxipplina tal-Malta Football Association. Iż-żewġ plejers iridu jiskontaw il-partita li jmiss mill-Kampjonat BOV…

Futbol lokali

KAMPJONAT BOV PREMIER 2019/20 VALLETTA FC……….1 FLORIANA FC………1 Quddiem folla ta’ madwar 3,800 spettatur ir-rivali Valletta u Floriana ħadu punt kull wieħed hekk kif il-Beltin ġabu l-goal tad-draw fl-aħħar sekondi…

Futbol lokali

KAMPJONAT BOV PREMIER 2019/2020 Gudja Utd……1 St Lucia……..1 Wara 6 minuti logħob xutt ta’ David Mendoza spiċċa ftit barra. Fl-20 minuta xutt tas-sostitut Omar Elouni ġie salvat mill-goalkeeper Debono. Fis-27…

Futbol lokali

Suċċess ieħor għall-Assoċjazzjoni tal-Malta Veterans taħt it-tmexxija tal-President Lino Bartolo hekk kif it-team spiċċa bħala runner up f’Tournament internazzjonali bl-isem ta’ Ascoli Veterans Cup fejn it-team Malti wasal sal-finali u…

Aktar