Euro2020
“Ma nistgħux niffukaw wisq fuq ir-ritorn ta’ Karim Benzema” – Hugo Lloris

Filwaqt li t-tim nazzjonali Franċiż qiegħed jitħarreġ għall-edizzjoni tal-EURO 2020, ilbieraħ tkellem mal-midja l-goalkeeper Hugo Lloris li qal li r-ritorn ta’ Karim Benzema jalla jkollu effett tajjeb. Lloris qal li l-midja ma setgħetx tibqa’ tiffoka żżejjed fuq ir-ritorn tal-attakkant, għaliex kien hemm tim sħiħ li jirrappreżenta lil Franza.

Les Blues illejla ser jiltaqgħu kontra Wales f’logħba ta’ ħbiberija f’Nizza u jidher li Benzema, Griezmann u Mbappe ser ikunu mal-11 inizjali.

Fl-edizzjoni tal-EURO 2020, Franza ser jilagħbu fi Grupp F kontra l-Ġermanja, l-Ungerija u l-Portugall.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA