Futbol lokali
FILMAT: ‘Ma nixtieqx sorpriżi kontra Malta’ – Cosmin Contra kowċ Nazzjonali tar-Rumanija

Il-kowċ Nazzjonali tar-Rumanija Cosmin Contra flimkien mal-player Ianis Hagi iben il-leġġenda rumena Georgi Hagi, indirizzaw il-media lokali u anke l-ġurnalisti rumeni tard il-Ħadd waranofsinhar.

Il-coach Contra qal li kellem lill-players tiegħu li qallhom li minkejja li ġejjien minn wirja tajba kontra n-Norveġja hu ma jixtieqx sorpriżi. Contra qal li man-Norveġja huma rriskjaw ħafna biex ġabu d-draw 2-2 meta kienu 2-0 minn taħt iżda ma jixtieqx li jerġa’ jirriskja daqshekk għada f’Ta’ Qali.

Mistoqsi minn TVM Sports jekk hux se jilgħab bl-istess pjan tattiku kif lagħab kontra n-Norveġja, il-kowċ Rumen qal li se jibdel xi players iżda mhux is-sistema.

Ianis Hagi min naħa tiegħu esprima s-sodisfazzjon li qed jingħata fiduċja mill-istaff tekniku u qal li l-għan tiegħu hu li jkunu l-aqwa player fir-Rumanija fl-era tiegħu hekk kif kien missieru fil-passat.

Fi tmiem din il-konferenza stampa TVM Sports tkellem mal-player Alexandru Maxim li jilgħab fil-Bundesliga ma’ Mainz 05 li sostna li t-team jinsab b’moral għoli u jemmen li rebħa fuq Malta tista’ twassal lir-Rumeni sabiex eventwalment f’Settembru jissieltu għall-ewwel żewġ postijiet fil-grupp.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Enrico Pepe, l-ex fidensur ta’ Floriana u Hamrun Spartans, mil-lum sar plejer ta’ Birkirkara. Id-difensur Taljan iffirma kuntratt ta’ tliet snin. Pepe hu wieħed mill-aqwa difensuri li hawn fil-futbol Malti….

Futbol lokali

It-tliet Viċi Presidenti attwali tal-Malta Football Association reġgħu ġew nominati mill-klabbs u l-Assoċjazzjonijiet Membri biex jikkontestaw l-elezzjoni li se ssir fil-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-20 ta’ Lulju. TVM Sport jinsab infurmat…

Futbol lokali

Alfonso Greco, il-kowċ Taljan li fil-passat kien diġà f’Malta, se jirritorna ma’ Sliema Wanderers. Greco mistenni jasal f’Malta matul din il-ġimgħa. Greco, ta’ 51 sena, se jkun qed jieħu post…

Aktar