Futbol lokali
MAFA: Imniedi s-sit tal-internet il-ġdid

Hekk kif illum jingħata bidu għall-istaġun tal-Malta Amateur Football Association (MAFA) bil-finali tal-Joe Compagno Cup bejn Versity AFC u Valletta St Pauls, f’dawn l-aħħar sigħat ġie mniedi s-sit tal-internet ġdid ta’ din l-assoċjazzjoni. F’dawn l-aħħar xhur inħasset il-ħtieġa li l-MAFA jkollha s-sit tagħha u matul dan is-sajf saret ħidma sfieqa sabiex din il-ħolma ssir realta’.

F’dan is-sit wieħed jista’ jsib diversi aħbarijiet li se jibdew ikunu aġġornati ta’ spiss kif ukoll artikli dwar l-14-il tim li se jieħdu sehem fiż-żewġ kampjonati rispettivi. Wieħed jista’ jara dettalji dwar il-logħbiet li se jintlagħbu kif ukoll aktar informazzjoni u statistika.

Biex wieħed ikollu aċċess għal dan is-sit wieħed irid jikklikja fuq din il-link:

https://mafamalta.com/

Miktub minn...
robert busuttil
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. JIkkumenta l-logħob tal-kampjonat Premier. Jippreżenta programm sportiv fuq radju tal-komunita'.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Il-Ġimgħa ttelgħu l-poloz tal-fażi tal-aħħar sittax tal-UEFA Europa League. Il-Poloz irriżultaw hekk: İstanbul Başakşehir (TUR) – Copenhagen (DEN) Olympiacos (GRE) – Wolves (ENG) Rangers (SCO) – Leverkusen (GER) Wolfsburg (GER)…

Futbol lokali

Fi tmiem il-ġimgħa jintlagħbu l-erba’ kwarti tal-finali tal-kompetizzjoni tal-FA Trophy ta’ dan l-istaġun 2019/20. F’Konferenza stampa organizzata mill-MFA tkellmu l-kowċis u l-uffiċjali tat-tmien teams li se jkunu nvoluti fl-erba’ logħbiet…

Futbol lokali

L-Avukat Angelo Chetcuti huwa d-delegat tal-UEFA tal-ewwel leg tal-kwarti tal-finali tal-partita tal-lejla fi Franza bejn Lyon u Juventus. Chetcuti hu s-Segretarju Ġenerali tal-Malta Football Association u ilu fil-kariga mill-2016 b’deċiżjoni…

Futbol lokali

Ħdax -il player mill-Kampjonat BOV Premier ġew sospiżi logħba mill-kummissarju tad-dixxiplina tal-MFA wara l-logħbiet ta’ tmiem il-ġimgħa. Il-players li ġew sospiżi logħba huma dawn: Nenad Sljivic (Balzan) Matthew Guillaumier (Birkirkara) Enrico…

Aktar