Futbol lokali
MAFA: San Ġiljan jibqgħu b’rekord perfett

San Ġiljan Saints baqgħu b’punti massimi wara erba’ logħbiet meta ftit sabu diffikulta’ sabiex jegħlbu lil Naxxar Victorians bl-iskor ta’ 5-0.

Is-Saints jinsabu għaddejjin minn mument mill-aqwa hekk kif qed juru logħob sabiħ bi grupp ta’ plejers illi jinsabu magħquda u b’għan wieħed; dak li jiġu promossi għall-Ewwel Diviżjoni.

Anke Qormi Hotspurs għandhom l-intenzjoni illi jisfidaw għall-istess għan hekk  kif b’wirja mill-aqwa xejjnu l-isfida ta’ Mqabba Albions.

B’hekk il-klassifika qed turi illi San Ġiljan u Qormi ser ikunu fuq quddiem sabiex jiksbu l-ogħla pożizzjonijiet possibbli.

Kif għedna San Ġiljan kienu b’saħħithom wisq għal Naxxar Victorians tant illi għelbuhom bl-iskor ta’ 5-0.

Spikka għal San Ġiljan Matt Calaghan illi kien awtur ta’ doppjetta f’din il-logħba.

Naxxar ippruvaw jagħmlu l-almu tagħhom sabiex iwettqu reazzjoni iżda ftit setgħu jippenetraw lid-difiża ferm organizzata tat-tim minn San Ġiljan.

Dawn tal-aħħar kienu diġà 2-0 minn fuq meta fl-10 minuta Andrew Clark għeleb lill-keeper ta’ Naxxar b’xutt ferm tajjeb filwaqt illi Matt Calaghan rdoppja l-iskor tmien minuti wara.

Fit-tieni taqsima il-pjan tal-logħba xejn ma nbidel tant illi kien l-istess Matt Calaghan illi għaqqad doppjetta personali hekk kif sab ix-xibka fit-43 minuta filwaqt illi Ross Parkhill u Ionut Popescu ssiġġillaw ir-riżultat favur it-tim tagħhom.

Wirja kbira fit-tieni taqsima għenet lit-tim fit-tieni post Qormi Hotspurs jegħlbu lit-tim tal-qiegħ Mqabba Albions bl-iskor ta’ 4-1.

Wara taqsima fejn l-iskor kien 1-1, Qormi ħadu kmand totali tat-tieni taqsima u skorjaw tliet gowls oħra sabiex kisbu t-tielet rebħa staġjonali.

Il-Hotspurs ippruvaw jieħdu s-superjorita’ territorjali tal-logħba u marru fil-vantaġġ fil-25 minuta permezz ta’ Jacob Falzon.

Mqabba ma nħasdux u dlonk ġabu d-dro tliet minuti meta Redent Cassar issoprenda lil gowlkiper Wayne Zerafa.

Bl-iskor jintemm 1-1 sa tmiem l-ewwel taqsima, Qormi ddominaw it-tieni perjodu tal-partita u li kieku ma fallewx id-diversi ċansijiet illi ġewhom, l-iskor seta’ kien ikbar.

Lanqas laħqet għaddiet minuta mill-bidu tat-tieni taqsima li l-Qriema ma sabux it-tieni gowl meta l-iskorer prolifiku tagħhom Yosef Bonnici avvanza tajjeb, daħal fil-kaxxa u b’xutt fil-baxx għar-rokna għeleb lil Buttigieg.

Sadanittant Jacob Falzon għaqqad id-doppjetta fis-46 minuta meta wara li rċieva l-ballun qabeż plejer sabiex b’xutt angolat minn barra l-kaxxa għeleb lil Buttigieg.

Dan tal-aħħar kellu jerġa’ jbaxxi rasu għar-raba’ darba meta Yosef Bonnici approfitta minn indeċiżjoni difensiva u b’xutt mill-viċin għamel l-iskor finali dak ta’ 4-1.

Sadanittant, Tal-Qroqq Versity kisbu t-tieni rebħa konsekuttiva meta għelbu b’mod komdu lil Mosta Vikings bl-iskor ta’ 2-0.

Ir-rebħa għat-tim minn Tal-Qroqq immaturat fl-ewwel taqsima hekk kif wara li skorjaw żewġ gowls baqgħu jikkontrollaw il-logħba bil-Vikings illi għalkemm għamlu li setgħu ma setgħux isibu t-triq għall-gowl.

Tal-Qroqq marru fil-vantaġġ wara erba’ minuti logħob permezz ta’ Owen Gilford illi tefa’ wara l-gowlkiper Mosti.

L-iskor sar 2-0 fil-25 minuta meta Emerson Vella għadda tajjeb u b’xutt b’saħħtu tefa’ l-ballun fix-xibka.

Fit-tieni taqsima, Mosta ppruvaw iwettqu reazzjoni u minkejja l-isforzi kollha li għamlu ma setgħux isibu t-triq għall-gowl.

Klassifika – San Giljan Saints 12, Qormi Hotspurs 9, Tal-Qroqq V 6, Mqabba Albions, Mosta Vikings, Naxxar Victorians 2

Miktub minn...
Mark Attard
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirraporta l-football lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programmi UEFA Europa League Highlights u UEFA Champions League Highlights.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Fl-Okkażjoni tal-45 sena li tfakkar ir-relazzjonijiet ta’ koperazzjoni bejn il-Forzi Armati ta’ Malta u l-Esercito Italiano se tkun organiżżata logħba football nhar it-Tnejn li ġej fil-Luxol Stadium. Bħala parti mill-preparazzjoni…

Futbol lokali

KAMPJONAT BOV PREMIER 2018/19 Valletta……6 Qormi……..0 Valletta ħadu t-tieni rebħa konsekuttiva fil-kampjonat BOV Premier meta kontra Qormi huma rebħu bl-iskor ta’ 6-0, f’logħba li sa mill-ewwel minuta tagħha dehret li…

Futbol lokali

KAMPJONAT BOV PREMIER 2018/19 Pieta H. ….1 Senglea A…1 Wara 5 minuti logħob xutt fil- baxx ta’ Romani Tcanturia ġie salvat faċilment minn Nicky Vella. Fil 15 –il minuta ħarba…

Futbol lokali

Football lokali: Il-Kampjonat BOV Premier ikompli bil-raba’ ġurnata b’dan il-programm: Il-Ġimgħa Stadium Nazzjonali 19:00 Valletta – Qormi Victor Tedesco Stadium 18:00 Pieta’ Hotspurs – Senglea Athletic 20:15 Balzan – Mosta…

Aktar