Futbol internazzjonali
Magħrufa l-iskwadra Maltija li ser tilgħab kontra Ċipru fis-18:00 tal-lejla

Magħrufa l-ħdax li ser jibdew il-logħba kontra Ċipru minn Grupp H ta’ kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 2022.

Jirritornaw fit-tim Steve Borg u Ryan Camenzuli li ħadu post Kurt Shaw u Joseph Mbong li jinsabu sospiżi għal dan il-konfront. Ritorn ukoll għal Jake Grech u Triston Caruana li ħadu post Steve Pisani u Shaun Dimech.

L-ewwel ħdax mgħajta mill-kowċ Devis Mangia huma dawn:

Il-logħba tibda fis-18:00 u ser tintwera diretta fuq TVM News+. Il-konfront ser ikun ikkontrollat mir-referee Dennis Higler mill-Federazzjoni tal-Futbol Olandiż.

Wara l-logħba programm speċjali t’analiżi, diskussjoni u intervisti mal-protagonisti tal-logħba.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA