Handball
Magħrufa l-ismijiet ta’ dawk li se jiffurmaw il-‘Management Board ‘ tal-Assoċjazzjoni tal-Handball

L-Assoċjazzjoni Maltija tal-Handball organizzat Laqgħa Ġenerali Straordinarja li fiha ġie appuntat ‘Management Board‘ ġdid li se jkun responsabbli fit-tfassil u l-miljorament tal-logħba għall-erba’ snin li ġejjin.

Waqt il-laqgħa l-President il-ġdid Paul Zammit qal li l-Assoċjazzjoni trid timmodernizza ruħha u tfassal pjan bil-għan kif fil-futur il-Handball isir fost l-iktar tliet sports popolari f’pajjiżna.

Zammit saħaq fuq l-importanza ta’ struttura ta’ tmexxija tajba kemm fil-kompetizzjonijiet li torganizza l-MHA u anke tmexxija tajba fi ħdan il-Clubs stess.

Il-Management Board se jkun kompost minn:
Paul Zammit bħala President
Ian Psaila bħala Viċi President
Matthew Psaila bħala Segretarju Ġenerali
Mario Debono Direttur Finanzi
Dr. Chris Bonett Direttur affarijiet legali u Internazzjonali u
Alan Grima bħala Direttur Handball Operations

Fil-Laqgħa il-membri approvaw l-emblema l-ġdida tal-Assoċjazzjoni.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.