Futbol lokali
Magħrufa l-logħbiet tal-BOV Challenge League … kampjonat maqsum f’żewġ gruppi

Jittellgħu l-poloz tal-BOV Challenge, b’żewġ gruppi komposti minn 11-il tim kull wieħed. Ir-rebbieħa ta’ kull grupp ser jilagħbu decider bejniethom biex jiġi deċiż min jirbaħ il-kampjonat, filwaqt li l-ewwel żewġ timijiet minn kull grupp ikunu promossi għall-Kampjonat Premier. B’kollox ser ikunu relegati sitt timijiet, l-aħħar tlieta minn kull grupp. Il-BOV Challenge League jibda fl-10 ta’ Settembru 2021 u jibqa’ sejjer sal-10 t’April 2022.

Il-logħob taċ-Challenge League jintlagħab bejn il-Ġimgħa u l-Ħadd, b’numru kbir ta’ logħbiet fis-Centenary Stadium u fil-Victor Tedesco Stadium.

It-timijiet ġew seeded f’erba’ pots differenti sabiex kemm jista’ jkun ikun hemm bilanċ f’kull grupp.

 

Grupp A – Lija Athletic FC, Żejtun Corinthians FC, Pembroke Athleta FC, Marsaxlokk FC, Naxxar Lions FC, San Ġwann FC, Mqabba FC, Vittoriosa Stars FC, St George’s FC, Melita FC, Rabat Ajax FC

Grupp B – Tarxien Rainbows FC, Senglea Athletic FC, Marsa FC, Qrendi FC, Żebbuġ Rangers FC, Swieqi United FC, Pietà Hotspurs FC, St Andrews FC, Fgura United FC, Luqa St Andrews FC, Mġarr United FC

 

L-EWWEL ĠURNATA TA’ GRUPP A

Żejtun Corinthians FC – Lija Athletic FC

San Ġwann FC – St George’s FC

Naxxar Lions FC – Mqabba FC

Vittiorsa Stars FC – Pembroke Athleta FC

Melita FC – Marsaxlokk FC

 

L-EWWEL ĠURNATA TA’ GRUPP B

Senglea Athletic FC – Tarxien Rainbows FC

Swieqi United FC – Fgura United FC

Żebbuġ Rangers FC – Pietà Hotspurs FC

St Andrews FC – Marsa FC

Qrendi FC – Luqa St Andrews FC

 

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA