Tennis
Magħrufa s-semifinalisti fil-kompetizzjoni tan-nisa f’Wimbledon

F’Wimbledon illum kienu magħrufa l-erba’ semifinalisti tas-singles tan-nisa.

Serena Williams kellha titħabat bis-sħiħ biex eliminat lill-Amerikana Alison Riske u b’hekk tgħaddi għas-semifinali.

Serena Williams rebħet l-ewwel set 6-4, ida Riske li fir-rawnd preċedenti eliminat lin-numru wieħed tad-dinja Ashleigh Barty, kellha ritorn qawwi u rebħet it-tieni set 6-4. Fit-tielet set deċiżiv Riske tat battalja iżda finalment kellha tbaxxi rasha għall-esperjenza ta’ Serena Williams li rebħet it-tielet set 6-3.

Kellha passaġġ ferm iktar faċli għas-semifinali Simona Halep li ħadet biss siegħa u nofs biex għelbet liċ-Ċiniża Zhang 7-6, 6-1.

Għaddiet ukoll mal-aħħar erbgħa l-Ukrena Elina Svitolina li għelbet lil Karolina Muchova 7-5, 6-4 u issa fis-semifinali tilgħab kontra Simona Halep.

L-aħħar semifinalista hi Barbora Strycova li għelbet f’żewġ sets 7-6, 6-1, lill-Brittanika Johanna Konta. L-avversarja għal Strycova fis-semifinali hi issa Serena Williams.

Illum jintlagħbu l-logħbiet tal-kwartifinali tal-kompetizzjoni tal-irġiel fejn Djokovic jilgħab kontra Goffin, Guido Pella jiltaqa’ kontra Bautista Agut, Kei Nishikori jilgħab kontra Roger Federer u Sam Querrey jilgħab kontra Rafael Nadal.

Miktub minn...
Chris Cassar
Aħbarijiet Oħra
Tennis

Ir-Russu Daniil Medvedev kellu wirja kbira u għeleb lil Alexander Zverev b’sets ta’ 6-4, 6-1 biex rebaħ ix-Shanghai Masters li għalih hu r-raba’ titlu tal-istaġun. Il-plejer Ġermaniż beda l-partita 4-0…

Tennis

Novak Djokovic għadda għall-kwarti tal-finali tax-Shanghai Masters wara li għeleb lil John Isner tal-Istati Uniti b’sets ta’ 7-5 u 6-2. Il-lejer numru wieħed fir-rankings mondjali ħa l-kontroll tal-partita b’services suċċessivi…

Tennis

Andy Murray irritorna wara l-operazzjoni li għamel f’ġenbu u rebaħ fl-ewwel rawnd tax-Shanghai Masters lil Juan Ignacio Londero tal-Arġentina. L-Ingliż, ex numru 1 fid-dinja, rebaħ b’sets ta’ 2-6, 6-2 u…

Tennis

Il-plejer numru wieħed fid-dinja Novak Djokovic, għall-ewwel darba fil-karriera, rebaħ l-Open tal-Ġappun. Dan kien is-76 titlu fl-Istorja. Djokovic iddomina din il-finali kontra John Millman tal-Awstralja u rebaħ b’sets ta’ 6-3…

Aktar