Futbol internazzjonali
Magħżula l-iskwadra tat-tim nazzjonali tal-futbol tan-nisa għal-logħba kontra d-Danimarka

Il-kowċ tat-tim nazzjonali tan-nisa tal-futbol Mark Gatt sejjaħ skwadra t’20 plejer għal-logħba ta’ kwalifikazzjoni li l-Maltin għandhom kontra d-Danimarka nhar il-Ħamis li ġej.

Il-logħba ser tintlagħab f’Viborg, id-Danimarka, u tibda fis-18:00. Għal dan il-konfront il-kowċ Gatt għajjat għall-ewwel darba lil tliet plejers difensuri: Maia Debono u Alexandra Gatt ta’ Mġarr United u  Jessica Dimech ta’ Swieqi United. Fil-preżent Gatt tinsab l-Ingilterra fuq studju.

Il-kowċ Gatt ma tantx bidel mill-iskwadra li temmet fir-raba’ post fil-grupp ta’ kwalifikazzjoni għall-EURO 2022, fejn Malta spiċċat b’rekord ta’ punti, 10.

Minbarra Gatt, hemm ħames plejers oħra li bħalissa qed jilagħbu barra minn xtutna: Maria Farrugia (Sunderland), Rachel Cuschieri (Lazio), Nicole Sciberras (Tavagnacco), Emma Lipman (Como Women) u Martina Borg (Roma Calcio Femminile).

B’kollox hemm sitt plejers ta’ Birkirkara mgħajta minn Gatt, filwaqt li Swieqi United għandhom ħames plejers fil-lista.

L-attakkanti Haley Bugeja ta’ Sassuolo u Ylenia Carabott ma ġewx mgħajta minħabba li jinsabu mweġġa’.

L-iskwadra t’20 plejer hija din:

 

GOALKEEPERS

Patricia Ebejer (Mġarr United); Janice Xuereb (Birkirkara)

 

DIFENSURI

Alexandra Gatt, Maia Debono (Mġarr United); Jessica Dimech, Jade Flask (Swieqi United); Stephania Farrugia, Gabriella Zahra, Charlene Zammit (Birkirkara); Nicole Sciberras (Tavagnacco, Italja)

 

MIDFIELDERS

Brenda Borg (Mġarr United); Kayleigh Chetcuti, Dorianne Theuma, Shona Zammit (Swieqi United); Rachel Cuschieri (Lazio, Italja); Emma Lipman (Como Women, Italja); Ann-Marie Said, Alishia Sultana (Birkirkara)

 

ATTAKKANTI

Martina Borg (Roma Calcio Femminile, Italja), Maria Farrugia (Sunderland Ladies, Ingilterra)

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA