Sports Internazzjonali
Magnus Carlsen u Daniil Dubov jirbħu l-ewwel semifinali minn tlieta

Iċ-champion dinji Magnus Carlsen rebaħ l-ewwel logħba minn tlieta fis-semifinali tal-Lindores Abbey Rapid Challenge. Kontra l-Amerikan Hikaru Nakamura, in-Norveġiż ma tantx kellu problemi biex jirbaħ il-logħba u issa hemm stennija għat-tieni logħba li tista’ tkun il-passaġġ ta’ Carlsen għall-finali.

Fis-semifinali l-oħra, ir-Russu Daniil Dubov rebaħ l-ewwel logħba kontra ċ-Ċiniż Ding Liren, f’konfront li kien aktar kumbattiv. Jekk Dubov jirbaħ matul il-ġurnata tal-ġimgħa, allura jgħaddi għall-finali.

It-telliefa fis-semifinali jilagħbu kontra xulxin għat-tielet post.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Sports Internazzjonali

Magnus Carlsen għeleb lir-rival tiegħu Anish Giri fil-finali li rat lin-Norveġiż jirbaħ iċ-Chessable Masters Championship. Carlsen ħa battikata biex il-partita marret f’tie break f’finali li kienet bejn l-aqwa minn tliet…

Formula 1

Ritorn mill-isbaħ għall-Formula 1 fil-Gand Prix inawgurali tal-Awstrija wara li l-ewwel Grand Prix oriġinalment fil-kalendarju kellhom jkunu kanċellati jew posposti. Il-Ħadd wara nofsinhar spettaklu ta’ sewqan u emozzjonijiet sal-aħħar lap,…

Sports Internazzjonali

Iċ-Ċiklista kolombjan Nairo Quintana kien involut f’inċident hekk kif intlaqat minn vettura waqt it-taħriġ f’pajjiżu. Iċ-ċiklista ta’ 30 sena fil-passat rebaħ il-Giro D’Italia fl-2014 u l-Vuelta sentejn wara. Mill-ewwel testijiet…

Formula 1

L-erba’ darbiet champion tad-dinja tal-Formula 1 Sebastian Vettel irrikonoxxha li l-karriera tiegħu se tintemm hekk kif jintemm l-istaġun. Il-Ġermaniż se jkun qed isuq għall-aħħar sena mal-Ferrari bis-sewwieq Carlos Sainz li…

Aktar