Futbol internazzjonali
Maguire għal ma’ United
Ir-Red Devils joffru 87 miljun ewro: l-iktar difensur li jiswa flus fid-dinja

Manchester United laħqu qbil ma’ Leicester City biex jieħdu lid-difensur ċentrali Harry Maguire għal rekord dinji ta’ 80 miljun lira sterlina: 87 miljun ewro.

Jekk it-trasferiment iseħħ, Maguire isir l-iktar difensur li qatt sewa flus fid-dinja: wara li Liverpool is-sena l-oħra kienu ħallsu lil Southampton 75 miljun sterlina għal Virgil van Dijk.

Maguire isir ukoll it-tieni l-iktar akkwist li sewa flus għal United wara li kienu ħallsu 89 miljun sterlina: 97 miljun ewro: biex xtraw lil Paul Pogba mingħand Juventus fl-2016: dakinhar rekord dinji.

Harry Maguire għandu 26 sena u jagħmel parti mill-iskwadra tat-team nazzjonali Ingliż. Huwa għandu kuntratt ma’ Leicester sal-2023.

Miktub minn...
Peter Cossai
Kap ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirraporta l-football lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programm 90 Minuta.
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Erba’ partiti mill-kampjonat Taljan Serie A skjedati llum ġew sospiżi minħabba l-coronavirus. Il-Prim Ministru Taljan Giuseppe Conte ħabbar dan f’konferenza tal-aħbarijiet li ta lbieraħ. Il-partiti sospiżi huma Torino – Parma,…

Futbol internazzjonali

Chelsea għelbu lil Tottenham Hotspur fil-partita li ntlagħbet kmieni fil-ġurnata. Il-Blues fil-vantaġġ b’gowl ta’ Olivier Giroud wara kwarta logħob. Chelsea jirduppjaw b’gowl ta’ Marcos Alonso mal-ftuħ tat-tieni taqsima. Tottenham jiskurjaw…

Futbol internazzjonali

L-ex Segretarju Ġenerali tal-FIFA Jerome Valcke u ċ-chairman tal-istazzjonijiet tat-televiżjoni BeIN, Nasser Al-Khelaifi tressqu l-Qorti dwar frodi u korruzzjoni fid-drittijiet tal-televiżjoni marbuta ma’ diversi edizzjonijiet tat-Tazza tad-Dinja u t-Tazza tal-Konfederazzjonijiet….

Futbol internazzjonali

L-akkwist il-ġdid ta’ Barcelona Martin Braithwaite ammetta li ħassu sorpriż meta sar jaf li ċ-champions Spanjoli riedu jakkwistawh. L-attakkant tad-Danimarka ffirma erba’ snin kuntratt ma’ Barcelona minn ma’ Leganes wara…

Aktar