Futbol lokali
Maħtur il-coach ġdid tat-team nazzjonali Malti
Il-Belġjan Tom Saintfiet il-coach il-ġdid tat-team nazzjonali Malti

Il-Belġjan Tom Saintfiet huwa l-coach il-ġdid tat-team nazzjonali Malti tal-football.

Saintfiet li għandu 44 sena jieħu post Pietro Ghedin li wara ħames snin u nofs fil-kariga mexxa t-team Malti għall-aħħar darba fit-telfa ta’ 3-0 kontra s-Slovakkja l-Ħadd li għadda.

Il-coach Belġjan ingħata l-ħatra wara proċess twil ta’ evalwazzjoni mill-MFA, bil-President Norman Darmanin Demajo jgħid li l-kwalifiki u l-esperjenza twila ta’ Saintfiet f’pajjiżi meqjusa li qed jiżviluppaw fil-football jagħmluh ideali għal Malta.

Saintfiet għandu esperjenza internazzjonali vasta bħala coach. Beda ta’ 24 sena meta sar l-iżgħar manager fil-football Belġjan u mexxa clubs anke fl-Olanda, il-Finlandja u l-Qatar.

Fl-2008 Saintfiet ħa f’idejh it-team nazzjonali tan-Namibja li taħtu tela’ aktar minn tletin post fir-rankings tal-FIFA. Wara kkowċja wkoll liż-Żimbabwe, l-Etjopja, il-Malawi, u Togo: u s-sena li għaddiet kien kandidat għall-kariga ta’ coach nazzjonali tan-Niġerja. Kellu wkoll perjodi qosra bħala coach nazzjonali tal-Jemen u l-Bangladesh fl-Asja, u Trininad & Tobago fil-Konfederazzjoni CONCACAF.

Bħala player Saintfiet lagħab ma’ diversi clubs professjonali fil-Belġju. Huwa ħadem ukoll ta’ analista tal-football għat-televiżjoni fil-Belġju, ir-Renju Unit u l-Afrika.

Il-ħatra ta’ Tom Saintfiet bħala coach tat-team nazzjonali Malti hija b’effett immedjat u l-ewwel logħba tiegħu fuq il-bank se tkun il-partita ta’ ħbiberija kontra l-Estonja fl-Istadium Nazzjonali Ta’ Qali fit-12 ta’ Novembru. Huwa se jiġi ppreżentat lill-media fil-jiem li ġejjin.

Miktub minn...
Peter Cossai
Kap ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirraporta l-football lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programm Kontrattakk.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

KAMPJONAT BOV PREMIER 2018/19 Valletta……6 Qormi……..0 Valletta ħadu t-tieni rebħa konsekuttiva fil-kampjonat BOV Premier meta kontra Qormi huma rebħu bl-iskor ta’ 6-0, f’logħba li sa mill-ewwel minuta tagħha dehret li…

Futbol lokali

KAMPJONAT BOV PREMIER 2018/19 Pieta H. ….1 Senglea A…1 Wara 5 minuti logħob xutt fil- baxx ta’ Romani Tcanturia ġie salvat faċilment minn Nicky Vella. Fil 15 –il minuta ħarba…

Futbol lokali

Football lokali: Il-Kampjonat BOV Premier ikompli bil-raba’ ġurnata b’dan il-programm: Il-Ġimgħa Stadium Nazzjonali 19:00 Valletta – Qormi Victor Tedesco Stadium 18:00 Pieta’ Hotspurs – Senglea Athletic 20:15 Balzan – Mosta…

Futbol lokali

Il-klabb tal-Kampjonat BOV Premier Senglea Athletic ħabbar li żewġ plejers mill-Arġentina li kienu diġà mal-klabb is-sena l-oħra repgħu ngħaqdu mal-klabb mill-Kottonera. Iż-żewġ plejers huma Matias Garcia u Augusto Casetes.

Aktar