Snooker
Main Tour tas-Snooker: Alex Borg kontra Stephen Maguire illejla

Il-Plejer professjonali Malti tas-Snooker Alex Borg illejla (it-Tnejn) jiltaqa’ kontra l-Iskoċċiz Stephen Maguire fl-ewwel rawnd tan-Northern Ireland Snooker Open li se jibda proprju llum f’Milton Keynes, l-Ingilterra u jibqa’ sejjer sa nhar il-Ħadd li ġej meta tintlagħab il-Finali. Il-logħba tibda fit-9.00pm ħin lokali. Il-Logħba se tkun l-aħjar minn seba’ frames. Iċ-Champion tad-dinja Ronnie O’Sullivan jilgħab kontra Jamie O’Neill fis-7.00pm waqt li n-numru wieħed Mondjali Judd Trump fis-1.00pm jilgħab kontra Gerard Greene.   

 

Miktub minn...
TVM Sport
.