Boxing
Malik Zinad jirbaħ b’Technical Knock Out

Boxing: Il-bieraħ fil-Montekristo Estates saret promozzjoni oħra ta’ Impact Promotions sanzjonata mill-Malta Boxing Association fejn fiha ġġieled il-Boxer Libjan li ilu residenti f’Malta għal diversi snin Malik Zinad.

Zinad iġġieled kontra boxer mir-Republika Ċeka Ondrej Ngrado fi ġlieda li ħadet sitt rounds sakemm Zinad li għandu diveri segwaċi Maltin waqqa’ lill-avversarju tiegħu permezz ta’ sensiela ta’ body shots bil-konsegwenza li Ondrej spiċċa fuq it-tapit u r-referee Edwin Micallef iddikjara rebħa għal Zinad permezz ta’ Technical Knock Out.

Il-ġlieda kienet streamjata u mxandra fuq l-istazzjon Libjan Wasat TV.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.