Malta – Gżejjer Faroe illejla f’Ta’ Qali

Illejla partita ta’ ħbiberija f’Ta’ Qali ghat-team nazzjonali Malti kontra l-Gżejjer Faroe.

Il-konfront huwa r-raba’ wieħed bejn iż-żewġ pajjiżi: s’issa rebħu dejjem il-Gżejjer Faroe: ikklassifikati numru 175 fir-rankings tal-FIFA mqabbla mal-140 post ta’ Malta.

HX3A9124

Il-coach Pieto Ghedin qal li rebħa għal Malta llejla hi mportanti biex it-team jerġa’ jgħolli l-moral wara d-disfatti fl-aħħar żewġ logħbiet kompetittivi, u jtejjeb postu fir-rankings.

Ghedin għandu xi problemi ta’ formazzjoni għall-partita billi wara li diġa’ kellu lil Gareth Sciberras u Paul Fenech neqsin f’nofs il-ground, tilef anke lil Rowen Muscat imweġġa’. Jista’ joqgħod iżda fuq l-esperjenza tal-captain Michael Mifsud li għamel il-vjaġġ twil mill-Awstralja għal-logħba.

AH1K6011

Malta – Gżejjer Faroe tibda fis-7 u tintwera film fuq TVM2 fil-23.10.

Illejla ntant it-team nazzjonali Malti ta’ taħt il-21 sena hu mpenjat fl-Iżvezja f’partita ta’ kwalifikazzjoni għall-Kampjonat Ewropew.

Miktub minn...
Peter Cossai
Kap ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirraporta l-football lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programm 90 Minuta.