Futbol lokali
Malta kontra l-Gżejjer Faroe fuq TVM2 kellha udjenza ta’ aktar minn 100,000 telespettatur

Ċifri uffiċjali li għandu f’idejh il-Public Broadcasting Services, jikkonfermaw li l-partita tal-bieraħ li xxandret dirett fuq TVM2 bejn Malta u l-Gżejjer Faroe, kellha udjenza ta’ ftit aktar minn 100,000 spettatur.

Il-partita kienet l-aħħar waħda ta’ minn League D, Grupp 1 u Malta kellha ċans tirbaħ il-grupp li kieku rebħet il-partita bi skor ta’ aktar minn gowl jew bi skors ta’ 1-0 u 2-1.

Il-gowl ta’ Malta kien skurjat minn Matthew Guillaimier fid-59 minuta.

Dawn in-numru ta’ udjenzi jikkumparaw ruħhom mal-partiti tat-Tazza tad-Dinja li l-PBS għandu d-drittijiet tagħhom u kienu xxandru fuq TVM u TVM2 fis-sajf ta’ sentejn ilu.

Ix-xandira bdiet fit-20.00 u ntemmet għal ħabta tal-23.00.

Il-PBS u TVMSport jirringrazzjaw lill-poplu Malti u Għawdxi kollu tal-appoġġ kontinwu.

Miktub minn...
TVM Sport