Badminton
Malta magħżula biex torganizza l-LĠA ta’ Badminton Europe

Malta ġiet magħzula biex tospita u torganizza il-Laqgħa Ġeneral Annwali tad-Delegati ta’ Badminton Europe kif ukoll il-Kungress tal-membri fl-2022.

L-għażla ta’ Badminton Europe ġiet imħabbra fil-laqgħa ġenerali annwali ta’ din is-sena.

Il-55 edizzjoni ta’ dan l-avveniment ser tara l-assoċjazzjonijiet kollha tal-Badminton fl-Ewropa jiġu rappreżentati u jiddiskutu diversi aspetti tal-Badminton fl-Ewropa, propju f’pajjiżna.

 

Miktub minn...
TVM Sport