Futbol lokali
Malta Mini-Football: White Eagles jżommu r-rekord perfett

Hekk kif intlagħbet ir-raba’ ġurnata tal-Malta MiniFootball League, White Eagles baqgħu jżommu r-rekord perfett tagħhom sa mill-bidu tal-istaġun hekk kif kisbu r-raba’ rebħa konsekuttiva. Min-naħa l-oħra l-eqreb rivali tagħhom Titans tilfu l-logħba kontra Moon u ta’ dan approfittaw United Stars li bir-rebħa fuq Mighty Knights laħquhom fit-tieni post tal-klassifika.

Għal darb’oħra kellna erba’ logħbiet ferm interessanti li fihom ġew skorjati xejn inqas minn 65 gowl. Kif għedna l-liders White Eagles ftit sabu diffikulta’ sabiex jegħlbu lil Churchill Wise Guys bl-iskor ta’ 8-2.

Għal White Eagles, Zeljko Brkovic kien f’forma mill-aqwa meta skorja hat-trick b’Aleksandar Marinkovic u Zvezdan Vukovic jiskorjaw doppjetta. Darko Zivkovic żied ieħor għat-tim tiegħu sabiex aċċertahom mit-tliet punti ferm prezzjużi.

Għal Churchill Wise Guys kien Silas Caruana li skorja doppjetta.

United Stars reġgħu rritornaw għar-rebħ meta b’wirja mill-aqwa huma ddominaw u rebħu lil Mighty Knights bl-iskor kbir ta’ 21-4.

L-Istilel kienu fl-aqwa mument tagħhom u wara t-telfa xi ftit żvinturata kontra White Eagles fil-ġurnata ta’ qabel, riedu jibqgħu fit-taqtiegħa għall-kampjonat.

Sead Hoxha skorja sitt gowls filwaqt li Leontiev Konda sab ix-xibka ħames darbiet. Min-naħa l-oħra Dos Santos Abner Martins u Kevin Sammut wettqu hat-trick u Santos Junior Wallace Oliveira kellu s-sodisfazzjon li jiskorja doppjetta.

Kyle Cesare u Zoran Tanaskovic żiedu aktar gowls għal United Stars.

Mighty Knights naqqsu l-marġni tal-iskor bi tliet gowls ta’ Massimo Grima u ieħor ta’ Darren Attard.

Moon kisbu t-tieni rebħa staġjonali wara logħba missielta kontra Titans li huma rebħuha bl-iskor ta’ 8-6. Kienet logħba ferm pjaċevoli li paxxiet lil dawk preżenti jaraw il-logħba fil-grawnd tal-Marsa.

Mathieu Verdonck, Juan Navarro u Jordi Urlings skorjaw doppjetta kull wieħed filwaqt li Pierre Yves Joubert u James Noonan sabu x-xibka darbtejn oħra.

Għal Titans, li kellhom logħba tajba ferm, skorjaw Bledi Alla (erba’ gowls) u Alan Errington (doppjetta).

Finalment Buda kisbu l-ewwel rebħa staġjonali wara skor kbir ta’ 13-3 kontra Club de Swat.

Buda kienu determinati li jiksbu t-tliet punti importanti sa mit-tisfira tar-referi u skorjaw permezz ta’ erba’ gowls ta’ Fabio Spina, hat-trick ta’ Laszlo Kobor u Matyas Toth u gowls oħra ta’ Gyorgy Kovesi, Adam Horvath u Peter Vekony.

Club de Swat, li għadhom qed ifittxu l-ewwel punti tagħhom għal dan l-istaġun, skorjaw il-gowls ta’ konsolazzjoni permezz ta’ doppjetta ta’ Lamin Saidy u Ashif Ali Kalathil.

Wara li kulħadd lagħab erba’ logħbiet din hi l-klassifika tal-Malta Mini-Football Association.

White Eagles 12, United Stars, Titans 9, Moon, Churchill Wise Guys 6, Mighty Knights, Buda 3, Club de Swat 0

Miktub minn...
robert busuttil
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. JIkkumenta l-logħob tal-kampjonat Premier. Jippreżenta programm sportiv fuq radju tal-komunita'.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Sirens ippreżentaw lill-attakkant Wilfried Domoraud, li ngħaqad magħhom mingħand Gzira United. Il-Franċiż kien inġieb f’pajjiżna minn Hamrun Spartans u kien jagħmel parti mill-iskwadra mmexxija minn Giovanni Tedesco. Sirens akkwistaw ukoll…

Futbol lokali

Floriana FC, iċ-champions tal-futbol Malti, ittellgħu biex jilagħbu kontra t-tim popolari Rumen CFR Cluj, fl-ewwel rawnd tal-kompetizzjoni tal-UEFA Champions League tal-istaġun li jmiss. Il-partita se tkun qed tintlagħab f’Malta ftit…

Futbol lokali

Futbol lokali: il-bieraħ logħba ta’ ħbiberija bejn Gżira United u Vittoriosa Stars li ntlagħbet fil-Victor Tedesco Stadium. Rebħa ta’ 4-0 għal Gżira United bil-goals għal Maroons skorjati minn: Jefferson li…

Aktar